Left arrow Mur Lura

MALTA U L-ISVEZJA JIFFIRMAW TRATTAT KONTRA T-TRAFFIKAR TAD-DROGA U L-KRIMINALIT'?

pr0686
Date Icon 10/05/2001

Illum gie ffirmat trattat bejn Malta u l-Isvezja dwar il-glieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalita` organizzata. It-trattat gie ffirmat mis-Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru tal-Gustizzja Svediz, is-Sinjura Kristina Rennerstedt u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Intern Malti, is-Sur Louis Cilia.

It-trattat jinkludi l-holqien ta' Kumitat Bilaterali bejn iz-zewg pajjizi kompost minn rapprezentanti tal-Ministeri rispettivi u tal-Korpi tal-Pulizija taz-zewg pajjizi biex jara li l-provvedimenti tat-trattat jigu mwettqa.

Il-provvedimenti tat-trattat jinkludu assistenza dwar kontroll ta' persuni involuti fil-kriminalita` organizzata; tibdil ta' informazzjoni dwar dawn il-persuni u l-metodi ta' trasport li juzaw fit-traffikar tad-drogi u li jigu stabbiliti metodi ta' komunikazzjoni bejn iz-zewg nahat biex jiffacilita t-tibdil ta' informazzjoni dwar it-traffikar illecitu tad-drogi u l-kriminalita` organizzata.

Wara li gie ffirmat it-trattat, is-Sinjura Rennerstedt kellha laqgha mal-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg fejn gew diskussi materji ta' interess dwar kooperazzjoni aktar bejn il-pulizija taz-zewg pajjizi.

Ghac-cerimonja ta' l-iffirmar kienu prezenti wkoll, fost l-ohrajn, il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur George Grech u l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Michael Cassar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow