Left arrow Go Back

ORGANIZZAZZJONI GDIDA GHALL-BINI U IMMODERNIZZAR TA' L-ISKEJJEL

pr0685
Date Icon 10/05/2001

Dalghodu l-Gvern waqqaf Organizzazzjoni gdida biex twettaq progett ta' investiment qawwi fil-bini u l-immodernizzar ta' l-Iskejjel tal-Gvern. L-Organizzazzjoni l-gdida ser tkun il-Fondazzjoni Ghall-iSkejjel ta' Ghada u l-ewwel Chairperson taghha ser ikun is-Sur Mario Callus, filwaqt li l-ewwel Direttur Ezekuttiv ser ikun is-Sur Gorg Papagiorcopulo. Il-Fondazzjoni twaqqfet dalghodu f'Kastilja mill-Prim Ministru, Dr. Eddie Fenech Adami u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea. L-Att tal-Fondazzjoni kien iffirmat ukoll mid-Direttur Generali ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Charles Mizzi. Il-Ministru tal-Finanzi, is-Sur John Dalli, assista ghat-twaqqif tal-Fondazzjoni.

Il-process ghal din id-decizjoni kien nedieh il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, is-sena li ghaddiet meta waqqaf Task Force preseduta mis-Sur Gorg Papagiorcopulo. Din it-Task Force wettqet process shih ta' analizi dettaljata tas-sitwazzjoni u ta' konsultazzjonijiet ma' kull min hu responsabbli fil-qasam ta' l-Edukazzjoni. Il-konkluzjoni tar-rapport tat-Task Force juri li l-bini ta' l-iskejjel tal-Gvern qed jigi jiswa aktar mid-doppju meta mqabbel mas-settur privat u qed jiehu tliet darbiet aktar zmien biex jitlestew.

Minn naha l-ohra l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jara l-htiega urgenti ta' programm estensiv u accellerat ta' bini u refurbishment ta' l-iskejjel. L-istrutturi ezistenti li ghandu l-Gvern, u r-regoli u l-metodu li bihom jahdmu, mhumiex f'qaghda li jwettqu l-programm straordinarju li fuqu ddecieda li jimbarka l-Gvern ghall-gid ta' l-iskejjel tal-poplu. Kien ghalhekk li l-Gvern ippropona li jwaqqaf organizzazzjoni gdida - Il-Fondazzjoni ta' l-iSkejjel ta' Ghada (Foundation for Tomorrow's Schools) li twaqqfet illum. Dan kien habbru l-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tieghu tal-Budget ghal din is-sena meta fisser il-Politika tal-Gvern li fuq firxa ta' tmien snin jinvesti Lm 60 miljun biex il-poplu Malti jkollu skejjel tal-Gvern ta' kwalita' u daqskemm hemm bzonn.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni fisser li diga' sar studju preliminari, skola bi skola, dwar il-bzonnijiet ta' l-iskejjel ta' l-istat. L-iskejjel gew ikklassifikati f'oqsma differenti:

  1. Dawk l-iskejjel li huma tajbin u li bi ftit xoghol jistghu jilhqu l-livell mixtieq.

  2. Dawk l-iskejjel li jehtiegu xoghol estensiv.

  3. Dawk l-iskejjel li ghandhom bzonn jinbnew mill-gdid.

  4. Dawk l-iskejjel li jridu jinbnew mill-gdid u f'sit differenti.

L-istudju qed ihares ukoll lejn il-bidliet demografici u kif dawn il-bidliet se jaffetwaw id-domanda ghall-facilitajiet edukattivi, inkluz il-htiega ta' skejjel godda.

Il-Fondazzjoni se tkun komposta minn:

Is-Sur Mario Callus (President)

Is-Sur Joseph Magro - Direttur ta' l-Ippjanar u l-Izvilupp fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni

Is-Sur Mark Borg - Rapprezentant tal-Ministru tal-Finanzi

Is-Sur Etienne Borg Cardona

Is-Sur Anton Valentino

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, waqt l-iffirmar ta' l-Att li jwaqqaf il-Fondazzjoni ghall-iSkejjel ta' Ghada, qal li dan huwa pass iehor li se jkompli jsahhah l-edukazzjoni fl-iskejjel tal-Gvern f'pajjizna. Il-Ministru kompla li l-Gvern hu kommess li jipprovdi edukazzjoni ta' kwalita' ghal kulhadd. Hu f'dan l-ispirtu li l-Gvern se jaghmel hiltu biex il-livell ta' l-iskejjel tal-Gvern ikun l-oghla possibbli f'pajjizna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow