Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI DWAR L-INFURZAR TAL-LIĠI MILL-GWARDJANI LOKALI

pr0684
Date Icon 10/05/2001

Wara kummenti li dehru fl-Istampa fl-aħħar jiem, il-Kumitat ta' Tmexxija ta' l-Infurzar Lokali ħare' linji ta' gwida lill-A'enziji tal-Gwardjani Lokali biex jikkjarafika xi aspetti dwar l-infurzar tal-li'i.

L-A'enziji tfakkru li skond Artikolu 24 tar-Regolamenti ta' l-1994 dwar il-Vetturi bil-Mutur, persuna li tintalab turi l-liċenzja tas-sewqan meta tkun qed issuq, għandha żmien 48 siegħa biex tipproduċi l-liċenzja. Jekk persuna ma tmurx turi l-liċenzja fiż-żmien stipulat, allura tkun seħħet kontravenzjoni u jinħare' bil-posta l-avviż ta' kontravenzjoni.

L-A'enziji qed jitfakkru b'dan wara li fl-aħħar jiem Gwardjani ħar'u ċitazzjonijiet għax interpretaw ħażin il-li'i.

Dawk il-persuni li ħallsu ċitazzjonijiet ta' din il-kontravenzjoni, jistgħu jitolbu li jingħataw lura l-flus li ħallsu billi jmorru fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali fejn ħallsu ċ-ċitazzjoni u billi jieħdu magħhom l-irċevuta li turi li ħallsu ċ-ċitazzjoni u l-karta ta' l-identita`.

Dawk li rċevew ċitazzjoni ta' din il-kontravenzjoni, iżda għadhom ma ħallsuhiex ser jirċievu bil-posta fil-jiem li 'ejjin avviż li jinfurmahom li l-akkuża kontrihom quddiem it-Tribunal Lokali twaqqgħet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow