SILTIET MINN DISKORS LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU G'?ALL-AMBJENT, G'?AMEL FIL-FTU'? TA' KONFERENZA DWAR ATTIVITAJIET TAL-BICC FIL-QASAM TAS-SA'?'?A U S-SIGURTA' FIL-POST TAX-XOG'?OL
Is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol
Il-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech qal li għall-Gvern is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol kienu priorita'. Dan għaliex, anke jekk f'dan il-qasam kien re'istrat titjib fl-aħħar snin, xorta kull sena mijiet ta' ħaddiema għadhom iwe''għu fuq il-post tax-xogħol, uħud minnhom anke fatalment. Inċidenti bħal dawn mhux biss jtellfu lis-soċjeta' minn irgiel u nisa fil-fjur ta' ħajjithom iżda jwasslu wkoll biex oħrajn jibqgħu jbagħtu minn disabilitajiet b'detriment għalihom, għall-familji tagħhom u għas-soċjeta'.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li ħafna minn dawn l-inċidenti jseħħu fis-settur tal-kostruzzjoni. Hu qal li minn kampanja organizzata mill-BICC, b'koperazzjoni mal-Occupational Health and Safety Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali, kienu identifikati diversi areas problemmatiċi. Dawn jinkludi
L-armar u l-użu ħażin ta' scaffolding;
L-użu u l-manutenzjoni ta' tagħmir elettriku li jista' jin'arr u jkun trasportat;
Operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt;
Teknika biex terfa', i''orr u ti'bed;
Housekeeping;
Nuqqas ta' fencing u railings adekwati;
Nuqqas ta' dawl;
Ir-rwol tar-responsabilta' ta' kulmin ikun imdaħħal fi pro'ett;
Miżuri u materjal ta' first aid;
Taħrig f'tagħmir mekkaniku;
I'ene personali;
Nuqqas ta' użu ta' ilbies personali protettiv u tagħmir personali protettiv;
Sustanzi tossiċi u l-użu sew tagħhom;
Sinjali ta' sigurta';
Kontroll ta' ħsejjes u vibrazzjoni.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li din kienet lista twila. Iżda darba kienu identifikati dawn l-areas problemmatici kien meħtie' li tkompli issir l-ħidma neċessarja biex ma nhallux li jkomplu jitwettqu prattici ħżiena.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li mir-Rapport Annwali 2000 tal-BICC ħargu numru ta' konklużjonijiet dwar il-ħtie'a ta' prattiċi aħjar fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol. Dawn jinkludu
aktar taħri' għall-ħaddiema;
Pjan ta' azzjoni wara konsultazzjoni ma' l-industrja;
Aktar kampanji biex il-ħaddiema jsiru konxji mis-sigurta' u li jinvolvu direttament lill-ħaddiema u l-managements tagħhom;
Rwol primarju għall-BICC biex ikun hemm prattiċi aħjar tax-xogħol.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-kampanja li għamlet il-BICC ħalliet riżultati pozittivi għaliex il-ħaddiem u min iħaddmu kienu involuti direttament fiha. Dan seta' jsir għaliex saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-BICC u l-Occupational Health and Safety Unit fuq il-lant tax-xogħol fejn ittieħdu filmati tax-xogħol li kien qed isir. Dawn wara ntwerew lill-ħaddiema u kien spjegat lilhom kif setgħu jaħdmu aħjar biex ma jwe''għux.
Il-Ministru għall-Ambjent fakkar li fil-Building Construction Industry Department fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent kienet qed titwaqqaf taqsima apposta dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol. Qal li bħalissa qed ikunu mdaħħla spetturi għal din it-taqsima. Qal li l-Ministeru qed isib diffikulta' biex isib spetturi kwalifikati u għal dan l-iskop kienu qed ji'u sponsorjati żew' ħaddiema mill-istess Dipartiment biex isegwu kors dwar is-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol. Il-Ministru fakkar ukoll li d-Dipartiment tal-BCID kien qed jagħmel studju dwar inċidenti fi ħdan id-dipartiment biex isir magħruf x'qed iwassal għalihom. Hu qal li ħaddiema f'middle management qed jingħataw check sheets biex qabel jibdew iwettqu xi xogħol jelenkaw jekk ikunux għaddejjin servizzi, jekk hemmx accessibbilita' għas-sit, tagħmir u affarijiet oħra relatati li jekk ma jkunux identifikati jistgħu jwasslu għal inċidenti.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar ukoll li t-Taqsima tad-Drena'' fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent kienet investiet aktar minn kwart ta' miljun lira f'tagħmir u taħri' għall-ħaddiema tagħha fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol. Hu qal li kien impurtat tagħmir speċjalizzat għal gas detection, monitors, breathing apparatus, u lifting and fall arrest equipment. Barra minhekk il-ħaddiema kollha fid-Dipartiment, mill-in'inier sa' l-inqas ħaddiem, ingħataw taħrig f'dan it-tagħmir sew lokalment u barra minn Malta.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Gvern mhux se jieqaf mill-ħidma tiegħu biex il-ħaddiem Malti jkollu l-ogħla livell ta' saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol. Fakkar li kien għalhekk li twaqqfet l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol. Hu qal li dan l-aħħar il-Kabinett approva l-persuni li kienu se jiffurmaw din l-Awtorita' biex hekk din tkun tista' twettaq il-ħidma fejjieda tagħha. Il-Ministru għall-Ambjent qal, li f'dan il-kuntest, ried ifakkar li d-Direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol huma iebsa bl-iskop ewlieni li jonqsu l-inċidenti. Hu qal li dawn id-Direttivi, darba jkunu applikati f'pajjiżna, iwasslu għal aktar sigurta' għall-ħaddiema ta' Malta u Għawdex u hekk ikomplu jonqsu l-inċidenti.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech faħħar lil BICC għall-ħidma li qed tagħmel fi sforz biex ikun hemm lista ta' linji gwida waqt li jkun qed isir xogħol ta' tħammil u twaqqigħ ta' bini. Hu awgura li din il-konferenza twassal biex il-ħaddiema jsiru aktar konxji mill-perikli li jistgħu jiltaqgħu magħhom fis-settur tal-kostruzzjoni. U li l-BICC tkompli bil-ħidma fejjieda tagħha biex ikollna settur tal-kostruzzjoni fejn is-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol ikunu l-ewwel priorita'.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN