Left arrow Mur Lura

WIRJA TA' ARTI MINN ARTISTI ZGHAZAGH

pr0666
Date Icon 07/05/2001

Din il-wirja qed tittella' mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u d-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport. Ix-xoghlijiet esebiti huma dawk ta' artisti zghazagh Maltin li l-eta` taghhom tvarja minn15 sa 30 sena. B'kollox hemm 24 artist u artista li qed jesebixxu x-xoghol taghhom, li jvarja minn pittura sa skultura. L-ikbar partecipazzjoni kienet ta' studenti li jattendu l-iskejjel tal-arti. L-ghan principali li ghalih qed tkun organizzata din il-wirja, huwa li tinghata ghajnuna ghall-izvilupp u l-progress tal-artisti.

Il-post maghzul biex tittella' din il-wirja, l-Artisan Market f'Bay Street huwa l-post idejali li sar il-post numru wiehed ghall-attivitajiet relatati mal-arti. Biex ikunu kklassifikati x-xoghlijiet, intghazlu zewg artisti Maltin stabbiliti f'dan il-qasam, Vince Briffa u Dennis Vella li ghazlu l-aqwa tlett xoghlijiet. L-ewwel, it-tieni u t-tielet artist inghataw premju mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta l-Edukazzjoni. Il-partecipanti l-ohrajn inghataw certifikat ta' partecipazzjoni.

Din il-wirja, li hija marbuta mal-attivitajiet ta' Jum l-Ewropa, hija t-tieni attivita` principali marbuta maz-zghazagh li qed issir dan l-ahhar. Fil-fatt, ftit tal-jiem ilu sar kuncert ta' l-Ghid mill-muzicisti zghazagh, attivita` li wkoll itellghet mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u d-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport.

Il-wirja tal-pittura ser iddum gimgha miftuha ghall-pubbliku fejn hafna mill-esebiti jistghu jinxtraw mill-pubbliku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow