DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT PROGRAMM TA? HIDMA GHALL-AWTORITA? TAS-SAHHA U S-SIGURTA? FUQ IL-POST TAX-XOGHOL 2001-2003
Gheziez Sinjuri,
Huwa ta' sodisfazzjon kbir li llum ninsab maghkom sabiex inhabbru t-twaqqif tal-Awtorita' ghas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol. Kif hafna minnkom jafu, din hija istituzzjoni ta' importanza nazzjonali u li x-xoghol fuqha ilu jsir ghal bosta snin. Matul dawn l-ahhar sentejn, sar hafna xoghol mill-Ministeru ghall-Politika Socjali, flimkien mal-Kummissjoni dwar il-Harsien tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-xoghol sabiex nwettqu din il-weghda li ghamilna lil pajjizna.
Irrid, ghalhekk, nibda billi nirringrazzja lil membri kollha tal-Kummissjoni li sa mill- 1994 kienu strument indispensabbli sabiex il-qasam tas-Sahha u Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol jinghata l-importanza li jisthoqqlu. Nirringrazzja b'mod specjali lil Dr. Joseph Zammit McKeon tal-hidma tieghu, u tal-mod impenjat li bih mexxa l-Kummissjoni ghal dawn l-ahhar sitt snin. Kif diga` ghidt il-Kummissjoni kienet predecessur necessarju u provdiet pedament sod sabiex illum inkunu nistghu nwaqqfu Awtorita' ghas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol.
Fl-istess waqt nixtieq nilqa' lill-membri li ser jiffurmaw il-Bord ta' din l-Awtorita' l-gdida li ser tkun immexxija mid-Dottoressa Simone Borg. Uhud minnkom diga` servew fuq il-Kummissjoni, u allura ninsabu certi li ser tipprovdu element ta' kontinwita' f'dan il-qasam. Madankollu, nixtieq insellem lil membri l-godda, fosthom lil Dr. Frank LaFerla, espert fil-qasam tas-Sahha u Sigurta', lid-Direttur Natasha Azzopardi Muscat, lill-Inginier Anthony Camilleri u lis-Sur John Spiteri. Grazzi talli lqajtu l-istedina li ghamiltilkom u nawguralkom!
Ikolli nistqarr maghkom li l-Gvern u l-pajjiz qed jistenna hafna minn din l-Awtorita' ghas-Sahha u s-Sigurta fuq il-post tax-Xoghol. Ghalkemm sar hafna progress u gie registrat titjib f'dan l-ahhar sitt snin, jibqa' l-fatt li f'pajjizna jezisti konsensus nazzjonali li dan is-settur ghad jonqsu bzonn ta' attenzjoni u azzjoni sabiex tigi mharsa ahjar is-sahha tal-haddiem fuq il-post tax-xoghol. Dan deher fic-car waqt id-diskussjonijiet kostruttivi li kellna fil-Parlament fejn kemm il-Gvern u l-Oppozizzjoni wrew it-thassib taghhom dwar il-progress li ghad jonqsu jsir fil-qasam tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol.
Deher ukoll car fid-diskussjonijiet li kelli mal-imsiehba socjali fil-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku li bdew sa minn Novembru 1988.
Huwa ghalhekk li rrid niehu din l-okkazjoni ta' llum sabiex nifrex quddiemkom il-politika li nixtieq li dan il-Bord isegwi ghal dawn is-sentejn li gejjin. Kif ser tindunaw, l-agenda li ser nipprezentalkom ser tkun wahda mpenjattiva u ezigenti. Kif diga` ghidt, nahseb li issa wasal iz-zmien li issir ‘quantum leap' f'dan is-settur jekk verament irridu li ntejbu l-qaghda prezenti. Barra min hekk, jezistu wkoll certa sfidi f'dan il-qasam li jridu impenn sod, l-aktar f'dak li ghandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni preventiva, l-attitudni tal-haddiem u ta' min ihaddem, il-kultura tax-xoghol tal-intraprizi z-zghar u l-mentalita' generali tal-poplu Malti.
L-isfida centrali ta' dawn is-sentejn ser tkun li l-Awtorita' tinbena b'tali mod u manjiera li:
Jkollha vizjoni cara ta' dak li trid tilhaq;
Tibni stampa cara tal-bzonnijiet sabiex tippjani l-kampanji taghha;
Tassigura r-rizorsi mehtiega u timpenja ruhha fit-tahrig effettiv tar-rizorsi umani;
Tibni l-kapacita' u l-hila sabiex twettaq l-infurzar neccessarju l-aktar fil-qasam ta' l-intraprizi z-zghar;
Tikkomunika b'mod efettiv u konvincenti l-messagg taghha lill-poplu Malti u lill-komunita internazzjonali.
Biex jaghmel dan il-Bord tal-Awtorita' irid jahdem fuq numru ta' binarji sabiex nassiguraw li dawn il-miri jkunu jistghu jintlahqu b'mod ragenoveli u li jkunu jistghu jigu mplimentati b'attenzjoni u sensittivita lejn l-ekonomija socjali tal-pajjiz.
Il-ligi li twaqqaf din l-Awtorita' titkellem fid-dettal dwar il-funzjonijiet ta' dan il-Bord, madankollu ppermettuli nifrex quddiemkom programm ta' xoghol li jiena, bhala Ministru responsabbli mill-qasam tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol, nixtieq li jinghata prijorita' f'dawn is-sentejn li gejjin. Dawn huma:
1. L-introduzzjoni jew l-aggornar ta' standards teknici u ta' regolamenti biex ikun zgurat illi l-haddiem Malti jkollu l-istess livell ta' protezzjoni, f'dak li ghandu x'jaqsam mas-Sahha u s-Sigurta', bhalma ghandhom l-bqija tal-haddiema Ewropej. Dan jehtieg li jsir mhux ghax mitlubin jew sfurzati naghmlu hekk, izda ghaliex nifhmu l-importanza tas-sehem li ghandu l-haddiem Malti fl-izvilupp ekonomiku u socjali ta' pajjizna. Jekk il-pajjiz taghna jista' jzid il-kompetittivita' tieghu billi jizdied il-valur mizjud fil-produttivita' tal-haddiem, allura l-haddiem Malti jixraqlu kull protezzjoni possibbli;
2. Il-ligijiet mhumiex bizzejjed biex jiggarantixxu xoghol li hu hieles minn kull riskju jew periklu ghas-sahha u s-sigurta'. Biex ir-riskji jonqsu ghal livelli accettabbli jehtieg li jkun hemm impenn serju minn kull min b'xi mod jista' jkun involut. Dan jista jfisser employer jew haddiem, safety officer jew professjonist. Jista jkun individwu jew organizzazzjoni. Ghalhekk l-Awtorita' trid tara li jkun hemm kampanji ntensivi ta' nformazzjoni u edukazzjoni kull fejn hemm bzonn u ghall-diversi setturi;
3. L-Att numru XXVII tal-2000 jirriafferma l-obbligi ta' dawk li jhaddmu, li minn naha taghhom ghandhom bzonn l-assistenza ta' nies kompetenti. Sfortunatament, il-pajjiz huwa nieqes hafna minn persuni kompetenti f'dan is-settur . Ghaldaqstant, l-Awtorita' trid tara li jkunu stabbiliti programmi ta' tahrig u zvilupp ndirizzati ghal firxa wiesgha ta' ndividwi li b'xi mod jew iehor huma nvoluti fil-harsien jew prevenzjoni tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol. Dan jinkludi wkoll il-bzonn ta' programmi ta' gharfien u tahrig intensiv lis-siehba socjali u lill-membri taghhom. L-Awtorita' ghandha wkoll theggeg u toffri l-appogg taghha ghal inizjattivi privati;
4. Enfasi imminenti trid issir fuq il-gbir ta' nformazzjoni u ricerka dwar sahha u sigurta' biex tkun tista tigi fformulata politika nazzjonali dwar is-sahha u s-sigurta' ghas-snin li gejjin. Dawn l-ezercizzji jridu jghinu lill-Awtorita' biex tipprijoritizza l-hidma taghha u biex timmira l-inizjattivi ghal dawk is-setturi li l-aktar jehtiegu attenzjoni. Hemm bzonn wkoll li titwettaq ricerka xjentifika dwar oqsma mportanti u li sa llum ghad m'hawnx bizzejjed gharfien dwarhom, bhal l-incidenza ta' mard specifiku, kif ukoll il-livell u l-firxa ta' servizzi relatati provduti, skond is-setturi industrijali lokali;
5. L-Awtorita' trid tkompli ssahhah il-kuntatti li l-Kummissjoni bniet ma' Istituzzjonijiet barranin filwaqt li tifforma ohrajn godda. Irrid nispecifika, fost l-ohrajn, il-European Agency for Safety and Health, is-Senior Labour Inspectors Committee, il-European Safety, Hygiene and Health at Work Committee, l-International Association of Labour Inspectors, u l- International Labour Organisation, fost ohrajn. Dawn il-kuntatti huma strumentali halli l-Awtorita' zzomm ruhha aggornata ma' dawk l-izviluppi teknici li qeghdin issehhu l-hin kollha fid-dinja tax-xoghol.
6. L-Awtorita' trid timpenja ruhha bis-shih u tibni l-kapacita' amministrattiva sabiex tutilizza bl-ahjar mod possibbli dawk il-fondi li ser ikunu moghtija bhala pre-accession funds mill-Unjoni Ewropea. Ghal dan il-ghan, il-Kummissjoni Ewropeja dan l-ahhar approvat l-ghoti ta' 700,000 Euro f'assistenza teknika ghall-Awtorita' il-gdida. Dawn il-fondi ser ikunu jistghu jibdew jintuzaw minn Ottubru li gej, izda l-preparamenti biex dawn ikunu jistghu jinghataw jehtieg li jibdew mill-iktar fis possibbli. Ninsab infurmat li bejn Gunju u Lulju li gej, l-Awtorita flimkien mal-Kummissjoni trid tevalwa l-offerti ghall-assistenza teknika li jkunu saru minn pajjizi membri fl-Unjoni Ewropeja;
7. Biex l-Awtorita' tkun tista' taqdi l-funzjonijiet li titlob minnha l-ligi, hemm bzonn li jizdiedu numru ta' nies teknici mpjegati maghha. Dawn in-nies li ser ikunu ngaggati jehtieg ukoll li jircievu tahrig tekniku, kemm f'Malta kif wkoll barra minn xtutna halli jintlahaq livell sodisfacenti ta' kompetenza. Nafu li fix-xhur li gejjin id-Directorate General for Social Policy and Employment tal-Kummissjoni Ewropeja sejjer jevalwa l-kapacita' ta' Malta, f'dak li ghandu x'jaqsam ma' l-istrutturi u l-kapacita' nazzjonali relatati mas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol. Dan l-ezercizzju jinvolvi wkoll evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-legizlazzjoni rilevanti f'pajjizna. Ghal dan il-ghan, l-Awtorita trid tara li jkollha strutturi effettivi u effikaci ghall-infurzar tal-ligijiet ghall-gid ta' kulhadd;
8. L-Awtorita' llum qed tissostitwixxi l-Kummissjoni ghall-Promozzjoni tas-Sahha u s-Sigurta' fuq ix-Xoghol, u qed tinghata poteri u funzjonijiet hafna iktar wiesgha. Madanakollu, dawk il-funzjonijiet li kienu jappertjenu lill-Kummissjoni ser jibqghu jsiru minn din l-Awtorita'. Ghalhekk, l-Awtorita' trid timpenja ruhha f'ezercizzji ta' promozzjoni preventiv, mhux biss fost l-adulti u setturi li fihom jipprevali r-riskju, izda wkoll permezz ta' kampanji mmirati lejn it-tfal, biex permezz taghhom nibdew nissensibilizzaw lil dawk li ser ikunu l-haddiema t'ghada, dwar ir-realtajiet li ser jiltaqghu magghom fil-futur fid-dinja tax-xoghol;
9. Impenn partikolari u importanti huwa l-bzonn li l-Awtorita teduka u tinforma lis-Settur Pubbliku, u li tara li jkun hemm sistemi manigerjali fid-Dipartimenti kollha tal-Gvern halli l-ikbar employer, hawn Malta, jservi ta' mudell ghal employers ohra fil-pajjiz;
10. Bicca xoghol importanti li trid tara l-Awtorita' hija l-izvilupp ta' sit gdid minn fejn l-Awtorita' ser topera. Il-Ministeru ghall-Politka Socjali diga' ghamel hafna xoghol f'dan ir-rigward, u permezz ta' kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp gie identifikat sit gewwa l-qasam industrijali tal-Marsa li ser jigi zviluppat ghal dan il-ghan.
Kif nahseb li tistghu tindunaw, l-agenda li qed inpoggi quddiemkom hija wahda impenjattiva. Hemm bzonn li nimxu ‘l quddiem b'ritmu mghaggel u minghajr tfixkil fi spirtu ta' djalogu socjali. Dan il-Bord li jien qed inwaqqaf illum, huwa Bord tripartitiku u huwa xhiedha ohra tat-twemmin tal-Gvern fis-sehem tas-siehba socjali.
Il-qasam tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol huwa fattur produttiv fl-ekonomija Maltija. Pajjizna irid ikompli jizviluppa l-potenzjal tar-rizorsi umani tieghu, u dan jista' jsir biss jekk l-partijiet socjali kollha jikkontribwixxu sabiex sahhet il-haddiem tigi mharsa. Nixtieq nenfasizza, bl-aktar mod qawwi, li l-Gvern jemmen li l-harisen ta' sahhet il-haddiem hija r-responsabbilta' ta' min ihaddem u tal-haddiem innifsu. Il-Gvern, permezz ta' l-Awtorita' irid jassigura li kull min ihaddem, jimplimenta dawk is-sistemi necessarji sabiex jelimina il-periklu u jnaqqas ir-riskji lil sahhet il-haddiem.
Nemmen li l-pass li qed naghmlu llum jista jaghmel bidla importanti fil-pajjiz. Il-Gvern jrid jixpruna l-progress f'dan il-qasam u ghazel lilkom sabiex twettqu l-politika tieghu dwar is-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol. Ghalkemm ninsab konxju li tajtkom programm ta' hidma ezawrjenti, xorta ninsab miftuh ghal pariri taghkom u ghalhekk inheggigkom sabiex tkomplu tghinu lill-Ministeru tieghi, fl-izvilupp ta' politika dwar sahha u sigurta, permezz ta' pariri u s-suggerimenti fejn ikun hemm bzonn u kif mitluba mil-ligi.
F'isem il-Gvern, nirringrazzjakom talli acettajtu l-istedina li ghamiltilkom u nawguralkom hidma fejjieda!
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN