DISKORS MILL-ONOR. EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, WAQT ZJARA FL-UFFIĊINI TA? L-AWTORIT TA? L-IPPJANAR FL-OKKAZJONI TA? L-OPEN WEEK - 4 TA? MEJJU 2001
Wahda mill-weghdiet fil-programm elettorali ta' l-1998 kienet li Gvern Nazzjonalista ried iwettaq tibdil fil-process ta' l-ippjanar. Ir-riforma li ghaddejja bhalissa hija msejsa fuq tliet binarji: l-emendi ghall-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp, ir-riforma fil-policies u ir-ri-organizazzjoni fi hdan l-Awtorita` ta' l-Ippjanar biex din issir iktar efficjenti u accountable.
Wara programm wiesgha ta' konsultazzjoni pubblika, f'Settembru tas-sena l-ohra, il-Gvern ressaq quddiem il-Parlament l-emendi ghall-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp. L-emendi huma mahsuba biex il-Gvern ikollu iktar spazju biex jaghti l-input tieghu fit-tfassil ta' pjani u policies fil-waqt li tithares l-awtonomija ta' l-Awtorita`. L-estenzjoni tar-rwol tal-Kabinett f'applikazzjonijiet ta' interess nazzjonali qed issir sabiex l-ippjanar ikun jirrifletti ahjar ix-xewqat tal-Gvern elett mill-poplu. Dawn it-tibdiliet qed isiru fil-waqt li qed nassiguraw il-hin kollu li l-intervent tal-Gvern ikun dejjem pubbliku u miftuh aktar ghall-iskrutinju anki tal-Parlament. Kien ghalhekk li l-li'i l-'dida tahseb ghat-twaqqif ta' Kumitat Permanenti tal-Kamra tar-Rapprezentanti li ser jiddiskuti r-revizjoni tal-Pjan ta' Struttura. Il-Kunsilli Lokali ukoll ser jinghataw id-dritt li jaghmlu appell ghal permess ta' zvilupp.
Biex tizdied l-efficjenza u l-pubbliku jkun moqdi ahjar il-li'i l-'dida tikkontempla li jkun hemm iktar minn Kummissjoni ghall-Kontroll ta' Zvilupp wahda. Dan ghandu jhaffef iz-zmien li fih ji'u processati l-applikazzjonijiet ghal zvilupp. Il-Gvern jemmen li l-Awtorita` ghandha tkun iktar accountable u ghalhekk ser jinhatar Audit Officer li xoghlu ser ikun li jinvestiga u jipproponi rimedji ghal kull ilment li jircievi. Fil-li'i hemm mahsuba ukoll ghadd ta' mizuri biex l-infurzar ikun iktar effettiv u biex ti'i zgurata iktar partecipazzjoni pubblika u trasparenza.
Parti ohra mir-riforma fil-process ta' l-ippjanar hija l-bidla fil-pjani u policies. Mill-bidu ta' din il-le'islatura, il-Ministeru ta' l-Intern hejja programm biex jizgura li t-tfassil tal-Pjani Lokali ji'i konkluz sa l-ahhar ta' din is-sena u jien nenfasizza l-htie'a li dawn id-deadlines jinzammu. Fl-ahhar sentejn il-Gvern ha sehem attiv fit-tibdil ta' numru ta' policies, fosthom dawk maghrufa bhala Policy and Design Guidance.
L-ahhar bidla li qed isehh hija ri-organizazzjoni fi hdan l-Awtorita`. Bil-ghajnuna tal-Management Efficiency Unit beda process ta' ri-organizazzjoni fl-istrutturi interni ta' l-Awtorita` biex ti'i eliminata l-burokrazija u tizdied l-efficjenza l-iktar fil-process ta' l-applikazzjonijiet.
Pass importanti li hadet l-Awtorita` biex jitnaqqas id-dewmien ta' l-iprocessar ta' l-applikazzjonijiet kien it-twaqqif, dan l-ahhar, tal-major projects team. Dan it-team ser jibda jiprocessa applikazzjonijiet ta' pro'etti kbar, anki dawk tal-privat, pro'etti tal-Gvern u pro'etti tal-Kunsilli Lokali. Dan ser jizgura li l-area teams ikunu jistghu jikkoncentraw fuq l-ipprocessar ta' applikazzjonijiet 'normali' u allura jonqos iz-zmien li fih dawn ji'u determinati.
Fil-kuntest ta' l-e-government li qed jippromwovi il-Gvern, wiehed jista jghid li l-Awtorita` hija l-iktar a'enzija tal-Gvern li toffri servizzi online. Fost is-servizzi li dalwaqt ser jibdew ikunu accessibbli mill-pubbliku hemm informazzjoni dettaljata dwar il-process ta' l-applikazzjonijiet. Ir-rakkomandazzjonijiet tad-Direttorat ta' l-Ippjanar dwar l-applikazzjonijiet issa ser ikunu online u b'hekk l-applikant, barra li ser ikun jista' jara r-rapport dwar l-applikazzjoni tieghu, se jkun jista' jqabblu ma' rapporti ta' applikazzjonijiet simili. Mill-prezentazzjoni li saritli dal-ghodu stajt nara li l-website ta' l-Awtorita` issa ser tibda tinkludi l-possibilta` ta' xiri permezz ta' facilitajiet elettronici ta' dokumenti u pjanti mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Nittama ukoll li fil-'ranet li 'ejjin nezaminaw kif il-pro'ett ta' facilitajiet elettronici ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ji'i inserit ukoll fil-pro'ett tal-e-government tal-Gvern centrali.
Jien perswaz li dawn il-bidliet kollha ser jintlaqghu tajjeb mill-haddiema ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ghax jafu li dan qed isir biex jitjieb is-servizz li huma jaghtu lill-pubbliku. Il-haddiema ta' l-Awtorita` qed jaghmlu xoghol siewi ghal pajjiz. Bil-hidma taghhom qed jizguraw li fil-pajjiz ikun hawn zvilupp sostenibbli, zvilupp li filwaqt li jistimula l-ekonomija, jara li l-ambjent u l-wirt storiku ta' pajjizna ji'u mharsa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN