Left arrow Mur Lura

DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA? L-EDUKAZZJONI WAQT L-INAWGURAZZJONI UFFICJALI TAL-LOGHOB TAL-FISEC LI GHANDHOM ISIRU F?MALTA F?LULJU 2002

pr0652
Date Icon 03/05/2001

Huwa l-pjacir tieghi li nkun prezenti hawn illum sabiex ninawgura ufficjalment il-Loghob tal-FISEC li ghandhom isiru f'Malta fl-2002. Din hi t-tieni darba li dawn il-loghob ser isiru hawn Malta. Dan huwa sinjal posittiv hafna ghax huwa difficli li pajjiz jerga' jintghazel sabiex jakkomoda l-loghob tal-FISEC fih. Dan ifisser li l-kriterji mitluba mill-organizzazzjoni mhux biss ikunu gew onorati izda aktar minnhekk, nistghu nghidu li l-organizzazzjoni tkun tal-livell hafna oghla minn dik ta' pajjizi ohra. L-ghazla ta' Malta bhala l-pajjiz li ser jospita dawn il-loghob jirrifletti li Malta tgawdi popolarita' bhala pajjiz li jorganizza kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali. Malta ilha tippartecipa f'dawn il-loghob ghal dawn l-ahhar 40 sena u ghalhekk nistghu nghidu li saret pijuniera f'dawn il-loghob.

Il-loghob li ser isir fl-2002 ser ikun l-ikbar loghob li qatt sar, fil-fatt ser ikun hemm madwar 1200 bejn atleti u ufficjali. Il-loghob ser jinkludi kompetizzjonijiet f'diversi dixxiplini fosthom l-ghawm, football 5 u 11-a-side, atletika, handball, basketball, volleyball u tennis.

Il-fatt li dawn il-loghob ser isiru sena biss qabel il-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar tal-2003 ifisser li f'hafna mill-facilitajiet ser ikun diga` sar titjib u upgrading. Hija l-intenzjoni tal-Gvern li l-Multipurpose Hall tal-Universita` tizzanzan ghal dawn il-loghob. Fil-fatt ix-xoghol fuq is-saqaf ta' dan il-kumpless hu mistenni li jibda ghall-ahhar ta' dan ix-xahar u mistenni li jdum sena sabiex jitlesta. Facilitajiet ohra li ser jitlestew ghal dan il-loghob jinkludi l-Matthew Micallef St. John Athletics Stadium.

Dawn il-loghob ser iservu wkoll bhala preparazzjoni ghal xi atleti partikolarment l-ghawwiema ghall-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar tas-sena ta' wara (GSSE 2003). Minbarra minn dan sejrin ukoll iservu sabiex bhala ghajnuna fl-ippjanar tal-uzu tal-facilitajiet fil-GSSE 2003.

Il-FISEC Games 2002 f'Malta ghandha tkun attivita' sportiva kbira internazzjonali li Malta mistennija torganizza b'success. Huwa ta' sodisfazzjon li qeghdin naraw kalendarju sportiv mizghud b'attivitajiet bhal European Veterans non stadia Championships li saru fi tmiem il-gimgha li ghaddiet, fejn gew Malta 650 atleta barrani, il-European Juniors Swimming and Diving Competitions li ser isiru f'Malta f'Lulju li gej, fejn mistennija jigu xi elf ghawwiem iehor u diversi kompetizzjonijiet f'dixxiplini ohra fejn dejjem jigu Malta mijiet ta' sportivi.

Is-Segretarjat Parlamentari qed ikun il-main sponsor ta' dawn l-avvenimenti ghax nemmnu li Malta tista' ssir pajjiz idejali li jospita kompetizzjonjiet internazzjonali ta' livell oghli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow