METHODE ELECTRONICS MALTA LTD TKOMPLI TESPANDI
Il-kumpannija Amerikana Methode Electronics Malta Ltd li bdiet topera f'Malta 35 sena ilu bl-isem ta' Merit Malta se tkompli tespandi l-operazzjoni taghha f'Malta billi tkabbar il-fabbrika li ghandha fiz-zona industrijali ta' l-Imriehel, izzid l-ghadd ta' impjegati b'madwar 100 ohra u, matul din is-sena, se taghmel investiment ta' mill-anqas ta' Lm3 miljun.
Din l-espansjoni qed taghmilha mhux biss abbazi tar-rizultati pozittivi li kellha kemm ilha topera f'Malta, izda wkoll fid-dawl tal-fatt li riċentement nghatat l-opportunit'? li tizviluppa door ajar switches li se jitwahhlu mal-bibien tal-vetturi kollha mibnija mill-kumpannija tal-karrozzi Ford North America. Il-produzzjoni ta' dawn is-switches se tibda f'Settembru tas-sena li 'ejja u mistennija jibdew isiru madwar 14-il miljun switch fis-sena li huma ekwivalenti ghal 64,000 switch kull 'urnata tax-xoghol jew switch kull sekonda.
Dan sar maghruf waqt zjara li ghamel illum il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici fil-fabbrika tal-kumpannija fejn seta' jara wkoll ix-xoghol li qed isir fuq l-espansjoni tal-fabbrika.
Waqt din iz-zjara kien spjegat li Methode Electronics Malta Ltd kienet bdiet topera b'suċċess f'Malta fl-1966 bhala Merit Malta, fejn kienet saret maghrufa hafna ghall-produzzjoni ta' switches ghall-industrija tal-karrozzi. Fost il-klijenti presti'juzi taghha kellha lil General Motors, Ford, Jaguar, Mazda, BMW, Rover, VW u Saab.
Erba' snin ilu, sehh pass mill-aktar importanti meta l-kumpannija ssiehbet mal-kumpannija Amerikana Methode Electronics Inc, li hi ibbazata f'Chicago u topera 23 intrapriza b'dik ta' Malta l-akbar wahda barra l-Istati Uniti.
Minn dak iz-zmien 'l hawn, il-kumpannija Maltija kompliet tikseb rizultati pozittivi tant li l-bejgh zdied b'medja ta' 20 fil-mija fis-sena. Din ix-xejra mistennija tibqa' tippersisti ghal mill-anqas fil-hames snin li 'ejjin. 67 fil-mija tal-produzzjoni taghha huma esportati lejn l-Ewropa, 26 fil-mija lejn l-Istati Uniti u l-kumplament, 7 fil-mija, lejn il-Lvant Nofsani u l-Asja. Matul din is-sena hu mistenni li jkunu esportati mhux anqas minn 33 miljun switch lejn dawn il-pajjizi.
Il-Ministru Bonnici ferah lill-kumpannija mhux biss ghall-istorja ta' suċċess li ghandha warajha u l-futur sabih li ghandha quddiemha izda wkoll ghall-fatt li kienet dejjem ta' xempju fis-settur tal-manifattura ghandha tkun u dan billi dejjem fittxet l-oghla kwalit'? fil-produzzjoni. hu qal li xhieda ta' dan hu mhux biss il-fatt li dejjem ziedet il-bejgh, izda wkoll li f'perjodu ta' tliet snin kisbet ċertifikati ta' standards gholja, ji'ifieri l-ISO 9000 u l-QS 9000, u matul din is-sena mistennija tikseb ukoll l-ISO 14001 u l-ISO/TS 16949 li hu rikonoxxut mill-manifatturi tal-vetturi kollha.
Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomiċi fakkar li din il-kumpannija, fil-bidu taghha bhala Merit Malta, kienet bdiet topera sentejn biss wara li pajjizna ha rajh f'idejh u allura beda jibni l-ekonomija tieghu fuq l-industrija u t-turizmu. hu qal li fil-bidu taghha l-kumpannija kienet bdiet b'hames haddiema u llum qed timpjega madwar 600.
hu zied li llum is-settur tal-manifattura, ghalkemm ghadda minn bidla kbira, ghadu wiehed mill-pilastri ta' l-ekonomija f'pajjizna tant li jipprovdi ghal madwar 30,000 impjieg u bejgh li s-sena l-ohra lahaq Lm1,150.9 miljun, li jfisser zieda ta' Lm263.5 miljun jew 29.7 fil-mija fuq is-sena ta' qabel. Barra minn hekk ipprovda Lm113.2-il miljun fi dhul f'salarji u pagi, zieda ta' Lm4.8 miljun fuq is-sena ta' qabel. Is-sehem tas-settur lejn il-Prodott Gross Nazzjonali jammonta ghal madwar 36 fil-mija.
Il-Ministru Bonnici qal li dan kollu juri x'sehem qawwi dan is-settur ghandu fl-ekonomija ta' pajjizna u hu ghalhekk li dan il-Gvern qed jistinka biex jassigura li dan is-settur ikompli jissahhah fid-dawl tal-kompetizzjoni dejjem tikber b'mod partikolari minn pajjizi fil-Lvant ta' l-Ewropa u fl-Afrika ta' Fuq. hu fid-dawl ta' din il-kompetizzjoni, kompla l-Ministru Bonnici, li l-Gvern qed joffri pakkett 'did ta' inċentivi li m'ghadhomx aktar marbuta ma' kemm kumpannija tesporta, u fejn min jikkwalifika jibbenefika minn rati mnaqqsa ta' taxxa fuq id-dhul.
Filwaqt li qal li m'ghandux dubju li dan il-pakkett 'did ghandu jhajjar aktar investiment lejn pajjizna, il-Ministru Bonnici qal li fl-ahhar sentejn kien hemm zviluppi inkora''anti f'dan is-settur tant li kienu approvati 112-il pro'ett li minnhom 47 huma espansjonijiet, filwaqt li l-investiment fil-manifattura, wara li kien naqas minn Lm36 miljun fl-1996 ghal Lm23 miljun fl-1998, tela' ghal Lm35 miljun fl-1999 u ghal Lm75 miljun is-sena li ghaddiet.
hu qal li l-parti kbira tal-pro'etti approvati huma minn investituri barranin li, bhal dawk ta' Methode Electronics Malta Ltd qed jesprimu fiduċja fil-potenzjal ta' Malta bhala ċentru ideali ghall-manifattura u kummerċ internazzjonali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN