Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TAL-QUALITY SERVICE CHARTER GHAD-DIPARTIMENT TAR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TA' L-IMPJIEG

pr0638
Date Icon 30/04/2001

Illum tnieda t-tletin Quality Service Charter, dak tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg.

Waqt l-izvilupp ta' dan ic-charter, id-Dipartiment ghamel titjib sostanzjali kemm fis-servizz kif ukoll, partikolarment, fl-ambjent ta' l-ufficcju, li sarlu hafna xoghol biex joffri aktar kumdita` u privatezza ghall-klijent u iktar accessibilta` ghal nies b'dizabilita`.

Dan qalu d-Direttur tad-Dipartiment, is-Sur Frank Pullicino, waqt it-tnedija tac-Charter li saret iktar kmieni llum fil-prezenza tal-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Lawrence Gonzi u l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt. Is-Sur Pullicino fisser li sar xoghol estensiv f'dak li hu hitan, madum u dwal izda partikolarment f'dak li hu kambjament bil-holqien ta' Customer Care Area mahsuba biex toffri ambjent komdu u privat ghall-klijent. B'hekk dan ikun jista' jitkellem ma' l-impjegat bl-iktar mod kunfidenzjali. Semma wkoll il-bini ta' toilet mghammar b'mod li jkun accessibbli zgur ghal persuni b'dizabilita`.

Izda barra minn xoghol strutturali, sar ukoll titjib fis-servizz permezz ta' l-informatika, b'links ghas-sit tad-dipartiment fuq il-Website tal-Ministeru u access iktar facli. Mhux biss tqieghdet informazzjoni estensiva fuq is-sit, izda sar anki possibbli li wiehed inizzel applikazzjoni minn fuqu, u jibghat il-mistoqsijiet jew talbiet ghall-informazzjoni permezz ta' e-mails. Ghalhekk wiehed jista' jghid li zdiedet il-kumdita` kemm ghal min ma jixtieqx jinqala' mid-dar, izda anki ghal dawk, li huma ta' madwar mitt ruh kuljum, li jzuru d-dipartiment.

Id-Direttur tenna li jinsab fiducjuz li b'dan it-titjib ser ikunu jistghu jilhqu l-weghdiet li qeghdin jaghmlu fil-Quality Service Charter. Ezempji ta' dawn il-weghdiet huma li fil-bicca l-kbira, klijent jinqeda mid-dipartiment f'20 minuta u jigi avzat b'azzjoni li tkun ittiehdet fuq it-talba tieghu f'10 ijiem. Ghalhekk, ghad li, kif wera survey li sar waqt l-izvilupp tac-Charter, il-klijenti tad-Dipartiment dejjem kienu sodisfatti bil-livell ta' servizz li jinghatalhom, issa wiehed jista' jistenna li l-pubbliku tad-dipartiment ihoss li qieghed tassew jinqeda ahjar minn qabel.

Il-Ministru ghall-Politika Socjali spjega li dan il-Quality Service Charter huwa holqa ohra fil-katina ta' inizjattivi sabiex il-Ministeru ghall-Politika Socjali jersaq aktar mill-vicin lejn il-cittadin. Il-Ministru Gonzi qal li qed isiru diversi sforzi sabiex jitjieb il-livell ta' kwalita' tas-servizz li jinghata kemm fuq livell ta' rizorsi umani permezz ta' tahrig, fosthom it-tahrig li kontinwament qed taghti l-Westin Dragonara Resort lill-impjegati tal-Ministeru, kif wkoll permezz ta' investiment ta' eluf ta' liri f'teknologija sabiex l-impjegati jkunu f'pozizzjoni li jirrispondu u jaqdu lic-cittadin minghajr telf ta' hin. Il-Ministru Gonzi qal li bhalissa dawn l-inizjattivi jinsabu kollha fl-istadju ta' zvilupp, pero' huwa mmirat li sa l-ahhar ta' din is-sena c-cittadin ikun jista' verament jesperjenza qabza enormi fil-kwalita' tas-servizz li jista' jiehu minn kull dipartiment jew agenzija li taqa' taht il-Ministeru ghall-Politika Socjali.

Il-Ministru qal li l-Ministeru tal-Politika Socjali miexi skond il-vizjoni u l-pjan li kien imfassal mill-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali fil-qasam tal-e-Government. Xhieda ta' dan huma l-2000 persuna fix-xahar li qed izuru l-website tal-Ministeru li qed tipprovdi firxa dejjem wiesgha ta' servizzi u informazzjoni fuq beneficcji u skemi ghac-cittadini mid-diversi dipartimenti u entitajiet li jaqghu taht il-Ministeru ghall-Politika Socjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow