DISKORS TA' L-E.T. IL-PROF. GUIDO DE MARCO, PRESIDENT TA' MALTA, GHALL-KONFERENZA ORGANIZZATA MILL-UNION HADDIEMA MAGHQUDIN F?OKKAZJONI TA' JUM IL-HADDIEM - 30 TA' APRIL, 2001
Sinjuri,
Minn meta hadt il-kariga ta' President ta' Malta sentejn ilu, jiena ridt inzomm u zammejt kuntatt kostanti u regolari mal-unions. Fosthom il-Union Haddiema Maghqudin (UHM), it-tieni l-ikbar union f'Malta. Ghalhekk, illum, huwa ta' pjacir ghalija li ghandi l-opportunita' nindirizza din il-Konferenza fl-okkazjoni ta' Jum il-Haddiem.
F'dan il-jum, nahseb li huwa xieraq li nirriflettu fuq il-kisbiet taghna, il-qaghda taghna, u fuq il-prospetti quddiemna lkoll.
Nixtieq nibda billi nikkwota minn Artiklu 1 tal-Kostituzzjoni ta' Malta:
"Malta hija repubblika demokratika bbazata fuq ix-xoghol u fuq ir-rispett ghad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' l-individwu."
L-ewwel u qabel kollox, il-Kostituzzjoni taghna tishaq u tiggarantixxi l-valuri tal-liberta' u d-dinjita' tal-bniedem, tad-demokrazija u tax-xog]ol bhala dritt u responsabilta'. Dawn huma l-pedamenti tal-hajja tan-nazzjon u l-valuri li fuqhom bnejna pajjiz fil-komunita' tan-nazzjonijiet sa mill-Indipendenza taghna fil-21 ta' Settembru, 1964. Il-Kostituzzjoni hija l-garanzija taghna; b'xogholna nhaddnuha; bil-hidma taghna, irnexxielna niksbu u noffru livell gholi ta' ghixien u kwalita' ta' hajja decenti lilna nfusna u lil uliedna.
Jibqa' hafna xi jsir. Imma jiena nemmen bis-shih li l-poplu Malti kapaci jkompli fit-triq li jseddaq u jsahhah dak li kiseb sa llum, waqt li jibqa' shih fil-valuri li sawru l-identita' tieghu tul iz-zminijiet.
F'dan il-kontest, ir-rwol tal-unions fil-pajjiz huwa wiehed vitali. Taghkom hija funzjoni delikata u importanti, ta' agganc u ta' sostenn ghall-haddiema li huma s-sinsla tal-pajjiz.
Jiena nemmen li huwa dover u responsabilta' tal-unions li jaghrfu jharsu b'mod kredibbli l-interessi tal-membri taghhom, l-interessi ta' min jahdem. Ghax kull persuna jixraqilha li tkun imharsa d-dinjita' taghha fuq il-post tax-xoghol. Huwa wkoll fir-responsabilta' taghkom li ttejbu l-kondizzjonijiet tax-xoghol fejn dan ikun possibbli, tedukaw il-haddiema, u tkunu vuci awtorevoli ta' l-interessi taghhom.
Meta tahdmu ghal gustizzja u ugwaljanza, u tistimolaw l-izvilupp kemm bit-tahrig u kemm bl-edukazzjoni ta' etika fuq ix-xoghol, intom qed tavanzaw il-qaghda materjali u intellettwali tal-membri taghkom - intom tkunu qed taghtu value added veru lill-poplu Malti.
Ghalhekk, ix-xoghol ta' union - kemm generali jew settorjali - huwa tassew komprensiv, kumpless u mhux facli biex jitwettaq bl-ahjar mod possibbli. Fi sfond ta' kontest ta' tibdil mghaghel fi hdan is-socjeta', din il-hidma tiehu xejra izjed kumplessa u difficli.
Bhala union b'rapprezentanza estiza, il-UHM ghandha wkoll impenji settorjali f'numru sostanzjali ta' attivitajiet marbuta mad-dinja tax-xoghol: mill-haddiema fis-servizz pubbliku sa dawk ta' l-entitajiet parastatali, ghal dawk li jahdmu fil-qasam tas-sahha, ghall-haddiema tas-settur privat, tal-manifattura u s-servizzi, sal-pensjonanti. Zghazagh, nisa u rgiel, anzjani - il-firxa taghkom hija tassew estiza u tilhaq l-istrata kollha tas-socjeta'.
Din ir-rapprezentanza tghabbikom fuq kollox b'responsabilta' fuq skala nazzjonali.
Flimkien mal-Gvern, il-unions u bosta entitajiet u korpi kostitwiti jilaghbu parti importanti fil-hajja tal-pajjiz. L-imsiehba socjali huma kollha msejha sabiex jaghtu l-kontribut taghhom biex jitfassal u jintlahaq zvilupp ekonomiku u socjali sostenibbli. Dan hu li jirrikjedi pajjiz li jrid ihares 'il quddiem sabiex jibdel f'opportunitajiet id-diffikultajiet u l-isfidi ta' llum u tal-gejjieni. Dan tirrikjedi socjeta' inklziva, socjeta' civili, socjeta' li kapaci tilqa' fi hdana interessi varji u differenzi ta' opinjonijiet.
Ghalhekk l-importanza ta' pjattaforma komuni, bhall-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, li l-Abbozz tieghu gie pprezentat fil-Parlament fi Frar ta' din is-sena, fejn jista' jissawwar djalogu u kunsens wiesa' bejn l-imsiehba socjali u s-socjeta' civili. Minkejja r-riservi li jistghu jezistu kull meta jitwaqqaf forum simili, xorta wahda nahseb li l-poplu Malti jippretendi mill-Gvern u l-imsiehba socjali kollha sforz biex jintlahaq ftehim u modus vivendi bejn il-komponenti kollha tas-socjeta'.
Kultura ta' djalogu veru ghandha twassal ghal izjed koezjoni socjali bejn l-imsiehba socjali, il-gvern, min ihaddem u l-unions; ghal inqas tilwim industrijali; ghal filosofija ta' konsultazzjoni, kunsens, u qbil - ta' paci industrijali.
Fl-ahhar mill-ahhar, nahseb li llum kulhadd intebah li qed nigbdu lkoll habel wiehed. It-tir taghna hu li naghmlu minn Malta pajjiz ahjar u noffru lill-membri kollha tas-socjeta' livell ta' ghixien dejjem izjed gholi u dinjituz. Nahseb li llum gharafna li kull meta jithalla jaqa' xi hadd mill-wens tas-socjeta' civili, il-konsegwenzi ta' dan tbaghtihom is-socjeta' kollha.
Illum il-gurnata, meta nitkellmu fuq ambitu nazzjonali, ahna bil-fors irridu nharsu wkoll lil hinn minn xtutna, u naraw x'qed jigri 'l hemm minn dawn il-gzejjer f'nofs il-Mediterran.
Ir-rih tal-globalizzazzjoni lahaq kull rokna tad-dinja. Illum bhal qatt qabel, ahna nhossu l-konsegwenzi spiss immedjati ta' dak li qed jigri f'partijiet imbeg]da tad-dinja - kemm f'dak li ghandu x'jaqsam ma' l-ambjent naturali, ma' zviluppi u trends socjali, u specjalment ma' dawk li huma effetti ekonomici tas-swieq internazzjonali.
Ma rridux ninsew li l-mezzi tax-xandir u tal-komunikazzjoni tal-massa mmodifikaw b'mod sostanzjali l-vizjoni u l-percezzjoni taghna tad-dinja ta' madwarna. Dawn, flimkien ma' l-effetti u l-influwenza tas-swieq finanzjarji internazzjonali u r-rivoluzzjoni tat-teknologija informatika, waddbu fuq spallejna pizijiet u responsabilitajiet godda. Tefghu fuqna id-dmir li nadegwaw ruhna u n-necessita' li nirrispondu b'mod xieraq ghall-bzonnijiet godda tal-kummerc internazzjonali.
Ma nistghux ninhbew wara subghajna. Irridu bil-fors nilqghu u naffrontaw dawn l-isfidi, sfidi li spiss jirrikjedu bzonn ta' ristrutturazzjoni bil-ghan li nibqghu kompetittivi. Dan huwa kontest regjonali u internazzjonali iktar wiesa' li pajjizna, irid jew ma jridx, ikollu u ghandu jikkoopera u jikkompeti fih.
Ghalhekk, hu fl-interess ta' kullhadd li nzommu l-ekonomija taghna kompetittiva u dinamika fi hdan kontest ta' zviluppi mghaggla. Ghalhekk irridu nadattaw rwiehna ghas-socjeta' ta' l-informatika, nippromwovu r-ricerka u l-izvilupp, indahhlu dejjem izjed f'kull qasam tax-xoghol kultura ta' management tajjeb u effettiv, u nizguraw li politikament pajjizna jzomm rilevanza u rispett internazzjonali.
Fil-waqt li ma jezistix kunsens politiku dwar ir-relazzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, jezisti min-naha tal-unions interess u responsabilta' li l-haddiema jigu moghtija informazzjoni korretta dwar il-prospetti possibbli quddiemhom. F'dan ir-rigward, nahseb li l-unions ghandhom rwol centrali fid-dibattitu socjo-politiku li hawn fil-pajjiz. Il-poplu u l-haddiema ghandhom jaghmlu l-ghazla taghhom bbazata fuq percezzjoni korretta tal-fatti li jinteressaw il-futur taghhom u ta' wliedhom. Ir-responsabilta' fuq skala nazzjonali tal-unions titlob li huma joffru informazzjoni u risposti korretti, informazzjoni u risposti li ghad jiddeterminaw il-futur ta' pajjizna.
Sinjuri,
Tul l-ahhar decenni tas-seklu li ghadna kemm hallejna warajna, ilkoll stajna naraw u nghixu tibdiliet fi hdan is-socjeta' li kienet qed tinbidel, li kienet qed tbiddilna, li a]na konna qed inbiddlu. Il-bidliet li sehhew ma kienux biss bidliet ta' percezzjoni jew ta' forma. Dan tixhdu l-istess storja u l-izviluppi fi hdan il-Union Haddiema Maghqudin.
Nahseb li wiehed mill-aspetti fondamentali ta' dawn l-izviluppi kienet l-edukazzjoni. Irrispettivament mill-hidma taghna, qed naghrfu dejjem izjed l-importanza ta' l-edukazzjoni fil-formazzjoni taz-zghazagh u tas-socjeta'. Qed naraw dejjem izjed ukoll l-importanza ta' edukazzjoni kontinwa tul zajjitna kollha li tippermettilna flessibilta' f'xogholna, li toffrilna opportunitajiet godda biex naffrontaw il-bidliet u l-isfidi ta' quddiemna.
Illum il-gurnata, bil-kelma "Haddiem" nifhmu kull min jaqla' l-ghixien tieghu bil-hidma tieghu. Il-politiku u l-furnar, l-avukat u l-bidwi, il-kittieb u t-tarznar: ilkoll haddiema, ilkoll bil-hidma taghhom qed jaghtu kontribut lill-pajjiz, ilkoll jaghmlu parti mill-mozajk kumpless tas-socjeta' Maltija.
Meta jhares lejn il-prospetti tieghu, nahseb li l-haddiem Malti jrid jiehu vantagg mill-opportunitajiet li jezistu waqt li jzomm shah il-kisbiet tieghu ta' tul is-snin. Ghalhekk, fil-waqt li navanzaw ekonomija sostenibbli, hemm bzonn li nsibu mezzi biex inzommu dak li nkiseb permezz tal-welfare state, biex inkomplu niggarantixxu harsien xieraq tas-sahha u biex inkomplu noffru pensjonijiet u servizzi socjali adegwati. Dan jirrikjedi sforzi, sagrificcji u responsabilta' minna lkoll.
Il-unions, bir-ragun, ghandhom interess partikolari f'dan il-qasam. Hawn tidhol necessarjament kultura ta' djalogu, ta' ghaqda u ta' solidarjeta' bejn il-komponenti kollha tas-socjeta'. Jiena nsejhilha solidarjeta' inter-genrazzjonali, solidarjeta' bejn il-haddiema tal-bierah, ta' llum u ta' ghada u l-familji taghhom kollha. Nemmen li l-poplu Malti, konxju mir-realta' u l-piz ta' dawn il-kwistjonijiet kollha, kapaci jsib triq xierqa sabiex uliedna wkoll ikunu f'kondizzjoni li jgawdu mill-kisbiet li ghamilna sa llum.
Nawgura lill-haddiema u l-familji taghhom kollha l-festa t-tajba.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN