Left arrow Mur Lura

IL-MASGAR TAZ-ZEBBUG F'HAZ-ZABBAR

pr0627
Date Icon 27/04/2001

B'refernza ghall-konferenza stampa li ghamel il-Kunsill Lokali ta' Haz-Zabbar dwar il-materjal li ntefa' fil-Masgar taz-Zebbug fl-istess lokalita', id-Direttur Generali ta' l-Agrikoltura jixtieq jirrimarka dan li gej:

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dejjem ikkopera mal-Kunsilli kollha ta' Malta u Ghawdex bl-istess mod kemm jekk dawn ghandhom kuntratt ta' manutenzjoni u kemm jekk le.

Fil-lokalita' ta' Haz-Zabbar ghal diversi snin id-Dipartiment baqa' joffri servizzi bla hlas lill-Kunsill Lokali, billi l-Kunsill ma kienx ghadu dahal f'kuntratt sabiex isir xoghol ta' manutenzjoni fil-lokalita' tieghu ghax kien dahal ghal xoghol kapitali kbir.

Id-Dipartiment ikkopera wkoll mal-Kunsill Lokali ta' Haz-Zabbar meta biddel xi kmamar fic-Centru Civiku sabiex il-Kunsill seta' jghammar is-sala tal-komunita.

Id-Dipartiment ta l-permessi sabiex tigi mqieghda hamrija fil-masgar taz-Zebbug sabiex jikkontribwixxu ghal holqien ta' park fil-lokalita'. Qabel ma l-ittra li kiteb il-kunsill u qabel ma kien maghruf li kienet sejra issir il-konferenza stampa, ufficjali mid-Dipartiment marru l-ufficcju tal-Kunsill sabiex tittiehed azzjoni kontra min kien responsabbli ta' dan l-att vandalu.

Huwa fid-dover tad-Dipartiment li meta jsir jaf b'xi incident, jinvestgah u jiehu l-azzjoni li tkun indikata . Bl-istess mod kif kien bi hsiebu jiehu azzjoni sabiex ma tintradamx hamrija, ha azzjoni sabiex ma ssirx hsara lis-sigar. Id-Dipartiment jimxi bl-istess mod f'kull kaz.

Id-Dipartiment sejjer ikompli jinvestga il-kaz tat-tfigh tal-materjal u rdim ta' hamrija sabiex tittiehed azzjoni kontra min hu responsabbli.

Id-Direttur Generali ta' l-Agrikoltura jistenna li l-Kunsill Lokali jitlob skuza lid-Dipartiment u lis-Sur Meli personalment tal-malafama u l-qlajja li qal fuqhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow