JILTAQA' GHALL-EWWEL DARBA IL-BORD GHALL-WIRT KULTURALI
Wara li kmieni din il-Gimgha, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, pogga fuq il-Mejda tal-Kamra il-Pjan Strategiku ghall-Wirt Kulturali, illum, kif wieghed li se jaghmel, il-Ministru Galea laqqa' ghall-ewwel darba, il-Bord interim ghall-Wirt Kulturali (Cultural Heritage interim Board).
Dan il-Bord, hu wiehed mill-ewwel passi konkreti biex issir t-tran\izzjoni bejn is-sistema u l-istruttura ta' bhalissa ghal dik gdida li qed tkun proposta. Il-Bord hu kompost minn:
Dr. Louis Galea Ministru ta' l-Edukazzjoni (President)
Is-Sur Paul Attard Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni
Is-Sur Anthony Pace Id-Direttur tal-Mu\ewijiet
Dr. John Grech I`-Chairman ta'l-Awtorita' tat-Turi\mu
Is-Sur Chris Falzon I`-Chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar
Dr. Joseph Cannataci I`-Chairman ta`-~entru Malti ghar-Restawr
Qed tkun ikkonsidrata l-pre\enza ta' ghaqdiet volontarji fuq dan il-Bord
Ix-xoghol ta' dan il-bord hu li:
Jiffa`ilita l-kollaborazzjoni bejn agenziji varji li jkollhom involviment dirett jew indirett fil-protezzjoni u l-immaniggjar tas-settur tal-Wirt Kulturali.
Jigbed l-attezjoni tal-Gvern jew ta' xi organizzazzjoni jew persuna ohra fejn ikun hemm b\onn azzjoni urgenti f'dan il-qasam.
Jaghmel evalwazzjoni tas-siti ta' valur storiku inkluz ir-riskji li jiffa``jaw.
Jirrevedu is-sistemi kollha ta' sigurta' fuq dawn is-siti stori`i u ji\viluppaw u jimplimentaw pjan biex is-sigurta' titjieb.
Jara li l-progetti kollha ta' konservazzjoni ikunu maghmulin sew, bir-ri\orsi kollha mehtiega u skond il-priorita'.
Jaghti pariri lill-Gvern u lill-Ministru dwar l-iStrategija Nazzjonali dwar il-Wirt Kulturali.
Jiltaqa' u jikkonsulta regolarment ma' l-Organizzazzjonijiet Non-Governattivi li jahdmu fil-kamp tal-Wirt Kulturali.
F'dawn il-jiem ukoll, il-Ministru Louis Galea diga beda jiltaqa ma' l-Organizzazzjonijiet Non-Governattivi ewlenin biex jiddiskuti maghhom u jiehu s-suggerimenti taghhom kif ukoll biex il-komunkazzjoni bejn il-Gvern u dawn l-ghaqdied tissahhah spe`jalment ghaliex il-Gvern qed jipproponi li l-immaniggjar tas-siti stori`i irid jibda jsir bi shab bejn il-Gvern, l-organizzazzjonijiet non-governattivi, u s-settur privat. S'issa l-Ministru Galea kellu laqgha mal-President ta' Din l-Art }elwa, is-Sur M. Scicluna, ma' s-Sur M. Farrugia, President tal-Fondazzjoni Wirt Artna, u mas-Sur Ray Bondin President ta' l-ICOMOS (Malta) u Chief Executive tal Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta, l-Imdina u l-Cottonera.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN