TEATRU TAT-TRIQ BIEX JEDUKA LILL-KONSUMATUR
Is-Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Dr. George Hyzler illum zar wirja ta' Teatru tat-Triq bl-isem ta' ‘Konsu Matur' mtella' mid-Divizjoni ghall-Affarijiet tal-Konsumatur u Kompetizzjoni.
Il-wirja ta' dalghodu fil-Belt Valletta kienet wahda minn sensiela ta' wirjiet li tellghu madwar Malta u Ghawdex f'dawn l-ahhar jiem. Fost l-ohrajn saru rapprezentazzjonijiet fis-swieq ta' Marsaxlokk, Zebbug, Zurrieq, Rahal il-Gdid, il-Mosta, Ghawdex u Bormla.
Dan it-Teatru tat-Triq mahsub biex jeduka lill-poplu fuq id-drittijiet tal-konsumatur qed jitella' bhala parti mill-programm ta' edukazzjoni mfassla minn din id-divizjoni.
F'diskors li ghamel lill-istampa, is-Segretarju Parlamentari Hyzler qal li l-esperjenza ta' dan it-teatru uriet li l-konsumatur Malti hu ghatxan ghal aktar informazzjoni fuq id-drittijiet tieghu bhala konsumatur. Sostna li mir-rispons li rcieva d-dipartiment, jidher li dan il-medium intlaqa' tajjeb hafna u qal li hemm l-hsieb l-programm ta' wirjiet jigi estiz ghal aktar postijiet fil-futur.
Dr. Hyzler spjega ukoll li bhalissa ghaddejja hidma biex ikomplu jissahhu d-diversi strutturi favur il-konsumatur biex ikun hawn aktar sorveljanza tas-suq.
Zied jghid li ghal dan il-ghan, il-programm ta' sorveljanza tas-suq, li ser jibda dalwaqt ser jibda jistharreg b'mod partikolari is-sigurt'? tal-prodotti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN