DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-INTERN, IL-PERIT GEORGE PULLICINO WAQT KONFERENZA TA' L-AHBARIJIET BIEX TIGI MNEDIJA OPENDOORS FL-AWTORITA` TA' L-IPPJANAR
Nemmen li importanti li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar tiftah il-bibien taghha billi torganizza l-Opendoors ghax fil-pajjiz ghadha tezisti impressjoni hazina tal-pubbliku dwar l-Awtorita`. Hafna jqisu li l-Awtorita` hija biss azjenda li tohrog il-permessi ghall-bini. Din hija parti importanti mix-xoghol ta' l-Awtorita`, izda hija parti wahda biss mix-xoghol li taghmel l-Awtorita`.
Sakemm twaqqfet l-Awtorita` fil-pajjiz ma kien hawn l-ebda tip ta' ippjanar ta' l-uzu ta' l-art, l-ebda kontroll. Kull decizjoni kien jehodha il-ministru u kienet il-preogattiva tal-ministru fejn seta jsir zvilupp u certi decizjonijiet li kienu ittiehdu kienu altru minn decizjonijiet tajbin. Ir-rizultat kien li l-ambjent f'pajjizna sofra danni irreperabbli. It-twaqqif ta' l-Awtorita` fl-1992 fisser li f'Malta, wara snin kbar, beda jsir ippjanar biex jigi zgurat li l-art f'pajjizna tigi immaniggjat bl-ahjar mod fl-interess tal-pajjiz.
Fl-ewwel snin l-Awtorita`, barra li ghamlet xoghol siewi bit-tfassil ta' pjani u policies, kellha sservi ta' ghassiesa biex jigi zgurat li l-mentalita ta' xi whud li kienu jippretendu li setghu jaghmlu li jridu tinqata darba' ghal dejjem. Illum ghad hawn xi ftit li ghadhom jabbuzaw izda hdejn dak li kien jigri sa ftit tas-snin ilu dan in-numru sar negligibbli.
Issa li ghaddew kwazi ghaxar snin mill-holqien ta' l-Awtorita` u sehhet din il-bidla fil-mentalita ta' certu nies ir-rizultati bdew jidhru. L-izvilupp fil-pajjiz qed isir b'mod ordnat skond regoli u policies li jigu aggornati mill-istess Awtorita` regolarment.
Il-Gvern hass ukoll li l-Awtorita` kellha tevolvi u bhalissa fil-Parlament qed tigi diskussa fi stadju ta' kumitat il-ligi il-gdida dwar l-ippjanar ta' l-izvilupp. Din il-ligi ghandha l-ghan li tizgura li l-Awtorita` issir iktar efficjenti u fl-istess hin izzid il-partecipazzjoni pubblika.
Fl-istess waqt fi hdan l-Awtorita` stess qed issir ri-organizazzjoni bil-ghan li tizdied l-eficjenza. Bhala parti minn din ir-ri-organizazzjoni dan l-ahhar twaqqaf il-Major Projects Team. Dan it-team ser jibda jipprocessa applikazzjoni ta' progetti kbar li sa llum kienu jigu processati mill-Area Teams. Progetti kbar jiehdu certu tul ta' zmien biex jigu ipprocessati b'dannu li applikazzjonijiet 'normali' kienu qed idumu biex jigu processati. Bis-sistema il-gdida kull progett kbir, ikun fejn ikun, ser jigi processat mill-Major Projects Team bir-rizultat li r-rizorsi ta' l-area teams ser ikunu jistghu jikkoncentraw iktar fuq applikazzjoni normali u allura jonqos iz-zmien biex jigu processati.
Opendoors ser taghti l-opportunita lill-pubbliku in generali jara kif tahdem l-Awtorita` f'sezzjonijiet differenti, mill-forward planning sa mapping. Il-pubbliku ser ikun jista jifhem x'jigri mill-applikazzjoni ta' zvilupp tieghu minn x'hin tigi sottomessa sakemm tigi deciza l-applikazzjoni tieghu.
Nemmen li dawn l-attivitajiet jiistghu jghinu biex tinbidel l-impressjoni ta' parti mill-pubbliku li jara l-Awtorita` bhala xi mostru burokratiku li jxekkel l-izvilupp. L-open week ser tkun opportunita ghall-Awtorita` biex turi li hija organizazzjoni trasparenti u, minkejja xi difetti li bil-fors ikollha, hija qed taghti servizz utli lill-klijenti taghha waqt li fl-istess hin tizgura li l-ambjent ta' pajjizna jkun imhares.
Opendoors qed taghti importanza specjali lit-tfal. Dan ghax nemmnu li kollox ma' kollox l-azzjonijiet li niehdu ahna illum ser jaffettwaw lil dawk ta' warajna. It-tfal huma l-futur ta' dan il-pajjiz u iktar ma t-tfal ikunu konxji mill-importanza tal-harsien ta' l-ambjent, ahjar ikun il-futur taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN