Left arrow Mur Lura

ZVILUPPI GODDA FIL-KAZ TAT-TILWIMA INDUSTRIJALI BEJN IL-UNIONS U L-MIA

pr0597
Date Icon 24/04/2001

Matul il-gurnata tal-bierah komplew in-negozjati bejn il-Unions u l-Management tal-MIA li jikkoncernaw in-nuqqas ta'qbil dwar ftehim kollettiv gdid ghall-haddiema tal-MIA. In-negozjati tkomplew il-bierah gewwa l-Ministeru ghall-Politika Socjali u damu sa tard filghaxija.

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, li fil-prezent qieghed imexxi dawn in-negozjati habbar li ntlahaq qbil fuq qafas li ghandu jwassal ghal ftehim finali. Il-Ministru Gonzi sejjah din bhala zvilupp importanti hafna fil-process tan-negozjati. Huwa qal li wara l-laqgha tal-bierah intlahaq qbil li jsir ezercizzju ta' assimilazzjoni mill-Management ta' l-MIA flimkien mal-Unions, sabiex b'hekk in-nahat kollha jkunu f'posizzjoni li jiffinalizzaw il-ftehim, u l-Unions jkunu jistghu jinfurmaw lil haddiema bid-dettalji kollha tal-ftehim.

Flimkien mad-dirigenti tal-Unions u l-Management tal-MIA, in-negozjati qed ikollhom is-sehem tad-Direttur ghar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg, is-Sur Frank Pullicino, u l-Assistant Personali tal-Ministru tal-Finanzi, is-Sur Michael Debono.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow