Left arrow Go Back

IR-RESIDENTI TA' SAN VINCENZ DE PAUL JICCELEBRAW IL-FESTA TA' SAN GIRGOR

pr0577
Date Icon 19/04/2001

Bhal kull sena madwar 300 resident minn San Vincenz de Paul, illum iccelebraw il-festa ta' San Girgor b'harga specjali fil-kampanja. F'temp sabih tar-rebbiegha, l-anzjani spiccaw il-harga taghhom gewwa l-gonna sbieh tal-Buskett fejn wara Quddiesa u ikla l-anjani gew indirizzati mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr Antoine Mifsud Bonnici.

Dr. Mifsud Bonnici ferah lil dawn l-anzjani ghax huma ta' ezempju ghal anzjani ohra ghalkemm huma residenti gewwa San Vincenz, ghadhom attivi jiehdu interess fil-hajja ta' madwarhom u b'hekk jibqghu juru apprezzament ghal dak kollu li qed jigri. Huwa rringrazzja wkoll lill-istaff tal-Entertainment Section, kif ukoll lil helpers u staff ta' l-impenn u d-dedikazzjoni taghhom biex jorganizzaw dawn l-attivitajiet socjali lir-residenti li ghadhom relattivament indipendenti u b'sahhithom, ghax b'hekk inkunu qed inwettqu fil-prattika dik il-politika socjali dwar l-anzjani, biex innaqqsu l-problema marbuta mas-sahha u l-kondizzjonijiet fizici u mentali.

Dr Mifsud Bonnici accenna ghal fatt li l-anzjani ghandhom kull dritt li jghixu l-ahhar zmien ta' hajjithom fi kwalit'? ta' hajja tajba kif ukoll f'ambjent nadif u adattat, u modern mghammar bil-kumditajiet kollha tal-hajja tal-lum. Huwa propju ghalhekk li l-impenn tal-Gvern prezenti ma jieqaf qatt b'xoghol ta' refurbishment u modernizzar tar-Residenza San Vincenz. Din ir-residenza li issa ilha mibnija aktar minn mitt sena u fejn jghixu aktar minn 1,000 ruh, huwa wkoll post tax-xoghol ghal madwar 900 impjegat ta' kull grad minn tobba u nurses sa nursing aides. F'dawn l-ahhar snin gew introdotti servizzi paramedici godda bhal podologist, speech therapist kif ukoll dentist. Infetah id-Dipartiment tal-Fisjoterapija, u d-dipartiment tal-Occupational Therapy, kif ukoll gew installati X - Ray machines. Qed jinghata servizz ta' Social Workers. Wards li gew radikalment refurbished u modernizzati huma l-Female Wards 9/10, Male Wards 20/21, il-Psychogeriatric Wards, l-Admission Wards, Female Wards 22, u dan l-ahhar, is-Serenity Wards. Dawn is-Serenity Wards, li huwa progett state-of-the-art swew kwazi Lm 1.7 miljun u ser jilqghu fihom 120 resident.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow