STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD
Il-Ministru tal-Biedja u Sajd Ninu Zammit b' twegiba ghall-kontradizzjonijiet kontinwi li jidhru fl-istqarrijiet ta' l-Onorevoli Noel Farrugia, jistqarr li f'intervista pubblikata fid-29 t'April 1998, f' gazzetta lokali jirrizulta bl-iktar mod car li:
· L-Onor. Alfred Sant kien iddikjara li l-levies kellhom jispiccaw xorta wahda, nidhlu jew ma nidhlux fl-Unjoni Ewropea. Jidher li l-Onor. Alfred Sant ukoll huwa tal-fehma li t-tnehhija tal-levies tissarraf fit-tnaqqis ta' prezzijiet ta' prodotti importati,
· L-Onor. Alfred Sant kien iddikjara li bil-politika tat-twaqqif ta' zona ta' kummerc hieles, mlaqqma' ukoll politika ta' Svizzera fil-Mediterran, kienet ser tispicca l-protezzjoni, jigifieri jispiccaw il-levies,
· L-Onor. Alfred Sant kien iddikjara li, b'zona ta' kummerc hieles, kien ser ikollna importazzjoni bla kontroll ta' prodotti agrikoli u ta' prodotti tal-laham, bi prezzijiet baxxi li l-bdiewa u rahhala Maltin ma jkunux jistghu jikkompetu maghhom.
Il-Ministru Ninu Zammit kompla jghid li l-politika tal-Gvern prezenti hija li t-tnehhija tal-levies issir b'mod gradwali izda b'sistema ta' ghajnuna finanzjarja provduta mill-UE u mill-Gvern Malti, liema ghajnuna finanzjarja tithallas direttament lill-bdiewa u lir-rahhala biex tiggarrantixxi dhul xieraq u gust lill-istess bdiewa u rahhala. Kuntrarjament ghal dan, l-iskop tal-politika tal-Partit ta' l-Oppozizzjoni ma tipprovdiex ghajnuna finanzjarja lill-bdiewa u r-rahhala.
Fl-ahharnett, il-Ministru Ninu Zammit temm jghid li l-politika tal-Gvern prezenti tassigura t-tishih u l-ezistenza ta' l-industrija ta' l-agrikoltura kollha f'ambjent fejn il-konsumatur ukoll igawdi minn provvista ta' prodotti bnini bi prezzijiet adekwati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN