TQASSIM TA? MEDICINI PSIKOTROPICI MILL-BEREG TAL-GVERN
Ir-regolamenti taht l-ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li ghandhom x'jaqsmu maghha, dwar it-tqassim ta' medicini psikotropici jesprimu bic-car li dawn il-medicini jistghu jigu dispensati biss minn spizjar. Ghal numru ta' snin dawn il-medicini kienu qed jigu mqassma mill-Bereg tal-Gvern bhala parti mis-sistema tas-Servizz Postali offrut minn dawn il-Bereg. Il-Kamra ta' l-Ispizjara gibdet l-attenzjoni tad-Divizjoni biex il-prattici addottati mid-Divizjoni tas-Sahha ikunu konformi mal-ligi. Ghalhekk mhux ser ikun aktar possibbli li medicini psikotropici jigu mqassma mis-Servizz Postali tal-Bereg. Il-medicini l-ohra kollha ser jibqghu jitqassmu permezz ta' dan is-servizz.
Ghaldaqstant il-pubbliku huwa nfurmat li b'effett mill-1 ta' Gunju 2001 medicini psikotropici, jigifieri dawk il-medicini li jirrikjedu kartuna bajda u ricetta hadra, mhux ser jitqassmu aktar mill-Bereg tal-Gvern. Dawk in-nies li huma intitolati li jiehdu dawn l-medicini b'xejn ser ikunu jistghu jigbru dawn il-medicini mill-ispizeriji tac-Centri tas-Sahha. F'kaz li l-medicini jkunu ser jingabru mill-istess individwi li ghalihom tkun miktuba ir-ricetta, dawn ghandhom imorru fl-ispizerija tac-Centru tas-Sahha taghhom u jiehdu maghhom ir-ricetta, il-kartuna l-bajda, kif ukoll il-Karta ta' l-Identit'? taghhom. Dawn il-medicini ikunu jistghu jingabru ukoll min terzi persuni ghan-nom ta' l-individwi li ghalihom tkun miktuba ir-ricetta. F'dan il-kaz it-terzi persuni ghandhom jiehdu magghom il-Karta ta' l-Identit'? taghhom, ir-ricetta, il-kartuna l-bajda kif ukoll il-Karta ta' l-Identit'? ta' l-individwi li ghalihom tkun miktuba ir-ricetta.
Ghalkemm din il-bidla tista' tohloq xi inkonvenjenza ghal xi individwi, id-Divizjoni tas-Sahha thoss li din il-bidla mhux biss ser tikkonforma s-Servizzi tad-Divizjoni mal-ligijiet tal-pajjiz, izda ser twassal biex ikun hemm servizz u kontroll ghall-uzu ta' dawn il-medicini.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN