TAHDITIET DWAR IL-KUMMERĊ BEJN MALTA U T-TUNEZIJA
Fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici l-bierah saret laqgha bejn delegazzjoni Maltija, immexxija mill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici, u ohra Tunezina, immexxija mill-Ministru tal-Kummerc Tahar Sioud, dwar ir-relazzjonijiet kummercjali bejn iz-zew' pajjizi. Il-Ministru Sioud bhalissa qed jakkumpanja lill-Prim Ministru Tunezin Mohamed Ghannouchi waqt zjara ufficjali f'Malta.
Wara li ta merhba lill-Ministru tal-Kummerc Tunezin, il-Ministru Josef Bonnici sahaq dwar ir-relazzjonijiet tajbin li jezistu bejn iz-zew' pajjizi. Hu qal li dawn ir-relazzjonijiet ghadhom mhux riflessi bizzejjed fil-kummerc bejn iz-zew' pajjizi u li ghandu potenzjal jikber ferm aktar u fejn jezisti skop kbir ghat-tkattir tieghu. Ghaldaqstant, l-iskop ewlieni tal-laqgha bejn iz-zew' Ministri kien li jkunu identifikati inizzjattivi konkreti li jistghu jwasslu ghal attivit'? ekonomika akbar bejn iz-zew' pajjizi.
Il-Ministru Bonnici identifika punt partikolari li kien qieghed ixekkel il-potenzjal ghal aktar kummerc u investiment bejn iz-zew' pajjizi. Dan ghandu x'jaqsam mar-regoli adottati s'issa biex tkun stabbilita l-ori'ini (rules of origin) ta' prodotti manifatturati meta dawn ikunu importati mill-Unjoni Ewropea.
Permezz tal-Ftehim ta' Assocjazzjoni li kemm Malta kif ukoll it-Tunezija, individwalment, ghandhom ma' l-Unjoni Ewropea, dawn iz-zew' pajjizi llum jistghu it-tnejn jesportaw il-prodotti manifatturati taghhom lejn l-Unjoni Ewropea minghajr il-hlas ta' dazju. Min-naha l-ohra, li kieku imprenditur jipprova jimmanifattura l-istess prodotti, parzjalment fit-Tunezija u parzjalment f'Malta, dawn il-prodotti ma jikkwalifikawx aktar ghall-ezenzjoni mid-dazju jekk ikunu esportati lejn l-Unjoni Ewropea. Dan ghaliex is-sistema prezenti ma tippermettix dak li bl-Ingliz jissejjah ‘cumulation of rules of origin' (ji'ifieri li l-valur mizjud f'pajjiz wiehed ji'i maghdud mal-valur mizjud f'pajjiz iehor).
Din is-sitwazzjoni taghmilha difficli hafna li jinholqu pro'etti bi shab (joint ventures) bejn kumpanniji fit-Tunezija u f'Malta li jippruvaw juzaw komponenti minn ta' xulxin fil-produzzjoni ta' o''etti manifatturati ghall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Bonnici spjega kif din l-istess sitwazzjoni tezisti wkoll fil-konfront tal-pajjizi tal-Lvant Centrali ta' l-Ewropa u li, anki f'dak il-kaz, din qed tnaqqas mill-opportunitajiet ghal aktar attivit'? ta' manifattura f'Malta.
Din is-sitwazzjoni tirrisolvi ruhha, kompla l-Ministru Bonnici, darba Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-Gvern Malti hu impenjat li jqajjem dan is-su''ett ghall-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex tistharre' soluzzjoni ghall-problema. Dan ghamlu s-sena li ghaddiet waqt laqgha, fil-Polonja, ghall-Ministri tal-Kummerc tal-Pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea u tal-pajjizi kandidati ghal shubija. Il-Ministru Bonnici stqarr li kien ser jer'a' jqajjem diskussjoni simili waqt laqgha li ghandha ssir ghall-ahhar ta' Mejju fi Brussels, din id-darba ghall-Ministri tal-Kummerc tal-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea u dawk tal-pajjizi tal-Mediterran.
Il-Ministru Tunezin wera l-appo'' tieghu ghall-punti mqajma mid-delegazzjoni Maltija filwaqt li qabel li ghandhom ikunu intensifikati l-isforzi biex titkattar l-attivit'? ekonomika bejn iz-zew' pajjizi.
Ghal dan l-iskop kien deciz li jinholoq kumitat tekniku li jinkludi, min-naha ta' Malta, id-Direttur '?enerali tat-Taqsima ghall-Politika Ekonomika (Economic Policy Division) fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici u rapprezentant mill-METCO u l-ekwivalenti taghhom, min-naha tat-Tunezija.
Fost affarijiet ohra dan il-kumitat tekniku ghandu jistharre' il-process mehtie' biex ikun negozjat ftehim ta' kummerc hieles bejn iz-zew' pajjizi fuq il-linji tal-ftehim milhuq bejn it-Tunezija u l-Unjoni Ewropea. Naturalment Malta tkun awtomatikament parti minn dan il-ftehim ladarba ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea izda z-zew' pajjizi qablu li jistharr'u jekk kienx prattiku li jersqu lejn ftehim bhal dan anki fi zmien aktar immedjat.
Id-delegazzjoni Maltija kienet tinkludi wkoll lis-Segretarji Parlamentari George Hyzler u Edwin Vassallo u ufficjali gholja mill-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp, mill-METCO u mit-Taqsima dwar l-Ippjanar Ekonomiku; filwaqt li dik Tunezina kienet tinkludi wkoll lil Hammouda Hamdi, Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru ghall-Kooperazzjoni Internazzjonali u Investiment Barrani, u ufficjali mill-Ministeru tal-Kummerc, mic-Centru ghall-Promozzjoni ta' l-Esportazzjoni, u mill-A'enzija ghall-Promozzjoni ta' Investiment Barrani.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN