Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU GHALL-AMBJENT DWAR IT-TENDER NUMRU 21/2001 GHAX-XIRI U INSTALLAR TA' TAGHMIR GHALL-PLAYING FIELD F'TAS-SLIEMA.

pr0511
Date Icon 05/04/2001

Fuq talba tal-Ministru ghall-Ambjent, is-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru ltaqa' mad-Direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Inginerija, li huwa responsabbli mix-xoghlijiet ta' embellishment f'Tas-Sliema, kif ukoll mal-Perit li ippreparat it-Tender Numru CT 21/2001 dwar Xiri u Installar ta' Taghmir ghall-playing field f'Tas-Sliema. F'din il-laqgha kienu investigati l-allegazzjonijiet dwar l-istess tender maghmula mill-Onorevoli Charles Buhagiar M.P. fil-Parlament il-bierah.

Biex jigi stabbilit ezatt x'intqal mill-Onorevoli Buhagiar, instema' recording tad-diskors li sar fil-Parlament.

Gew ukoll ezaminati d-dokumenti li jinsabu kemm fil-file tat-Tender tad-Dipartiment kif ukoll fil-file tad-Dipartiment tal-Kuntratti.

Irrizulta illi xi disinni ghat-taghmir tal-playing field gew riprodotti minn katalogu ta' ditta partikolari li r-rapprezentant lokali taghha wara kien wiehed minn zewg ditti li tefghu l-offerta.

Il-Perit responsabbli mill-hrug tat-Tender stqarret illi ghalkemm xi disinni gew riprodotti minn katalogu partikolari, dan ma sarx bil-hsieb li jigi vantaggjat kuntrattur minn iehor. Intaghzlu d-disinni partikolari minhabba li joffru divertiment varjat ghat-tfal, u ghalhekk id-Dipartiment xtaq li jigi offrut taghmir ta' dan it-tip.

Tant dan huwa l-kaz illi gie rakkomandat li jinxtara taghmir minghand iz-zewg kuntratturi li tefghu l-offerti. Fil-kaz ta' wiehed mill-kuntratturi dan inghata parti mill-offerti minghajr ma kien hemm disinni partikolari li wiehed jista' jidentifikom mad-ditta li jirrapprezenta.

Minkejja li ma jidhirx li fil-process ta' dan it-tender saru xi irregolaritajiet u b'mod partikolari xi maniggi biex jigi vantaggjat kuntratt fuq iehor, biex zgur jitnehha kull dubju fuq il-process, il-Ministru ghall-Ambjent iddecieda li t-tender prezenti ma tkomplix tigi processata u li s-sejha ghall-offerti ghax-xiri u installar ta' taghmir ghall-playing field f'Tas-Sliema terga' tohrog.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow