STQARRIJA TAD-DIRETTUR TAL-PROTEZZJONI CIVILI.
Id-Direttur tal-Protezzjoni Civili jaghmel riferenza ghal dak li ntqal waqt l-Aggornament fil-Parlament fis-Seduta ta' nhar l-Erbgha 4 ta' April, 2001, fejn gie allegat illi koppja anzjana mill-Qawra kellhom jistennew ghal madwar siegha u nofs biex jigu kontrollati nirien minhabba li n-nies tal-Fire Fighting kienu fuq training Hal Far.
Id-Direttur jiddikjara illi jekk l-Onor. Farrugia kien qieghed jaghmel riferenza ghall-incident li gara fit-28 ta' Frar, 2001, skond records ufficjali, l-ewwel talba ghall-ghajnuna waslet fis-6.22 p.m. L-ewwel mezzi ta' kontra n-nar waslu fuq il-post fis-6.30 p.m. mill-Fire Station tax-Xemxija. Dan in-nar kien wiehed estiz u kien proprju dovut ghall-hidma tal-Protezzjoni Civili illi ma weggghux nies kif ukoll illi ma saritx iktar hsara.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN