Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI JINAWGURA WIRJA TA' VARI TAL-GIMGHA MQADDSA GEWWA R-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL.

pr0506
Date Icon 05/04/2001

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, illum inawgura wirja ta' vari tal-Gimgha Mqaddsa, platti simbolici mahduma bil-melh, persunaggi Bibblici, Mejda tal-Appostli u xenarju iehor konness ma dan iz-zmien qaddis, meta l-Knisja Kattolika ticcelebra l-akbar festa taghha, il-festa tal-Ghid. Din hija s-sitt sena li fis-Swali R.B.1 - 2A - 2B u St. Joseph 7/8 tal-irgiel flimkien ma' swali ohra qed jorganizzaw dawn il-wirjiet, li ser jibqghu miftuha sa Hadd il-Ghid, 15 t'April. Ir-residenti u l-qraba taghhom kif ukoll il-pubbliku huma mhegga biex izuru dawn il-wirjiet.

Dr. Mifsud Bonnici f'diskors qasir li ghamel fahhar dawn l-inizzjattivi ghax dawn igibu tifkiriet sbieh tal-imghoddi fost l-anzjani residenti. Dawn, u attivitajiet ohrajn li jsiru matul is-sena, izommu hajja din ir-Residenza. Huwa fahhar id-dedikazzjoni tal-istaff ta' dawn is-Swali, li hi xi haga ta' min japprezzaha u jfahharha, l-aktar meta tqis li hafna mix-xoghol sar fil-hin liberu taghhom u anke b'donazzjonijiet personali. Wiehed jista' wkoll jammira l-kapacita', il-pacenzja u d-dedikazzjoni ta' dawn l-impjegati biex irnexxielhom itellghu wirjiet ta' livell daqshekk gholi. Dr. Mifsud Bonnici qal li wirjiet bhal dawn isiru wkoll biex ir-residenti jidhlu aktar fl-ispirtu ta' din il-grajja qaddisa u biex inkomplu ntejbu l-"image' tar-Residenza San Vincenz de Paul. Huwa qal li zgur li dawn l-ahhar snin, l-anzjani gewwa San Vincenz qed jghixu kwalita` ta' hajja ahjar. Dan minhabba l-investiment bkir li sar fosthom il-bini ta' Wards godda bhalma huma s-"Serenity Wards" kif ukoll investiment fit- tahrig professjonali tal-impjegati.

Fl-ahharnett, Dr. Mifsud Bonnici filwaqt li rringrazzja lil kull min ha sehem biex setghu isiru dawn il-wirjiet, ha l-okkazjoni biex jawgura l-Ghid it-Tajjeb lil kulhadd specjalment lill-istaff kollu u l-familji taghhom kif ukoll lir-residenti kollha ta' San Vincenz u lill-qraba taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow