DISKORS MILL-ONOR. CENSU GALEA MINISTRU GHAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, FL-OKKAZJONI TA? WIRJA TA? VETTURI ANTIKI 2001, FL-ISPTAR MONTE CARMELI ATTARD
Nibda billi nirringrazzja lill-kumitat ta' l-Old Motors Club talli ghogobkom tergghu tistednuni biex ninawgura din l-attivita taghkom ta' kull sena fejn jigu esibiti vetturi antiki b'risq il-htigijiet ta' l-isptar Monte Carmeli.
L-edizzjoni ta' din is-sena, mhux biss ser tkun tikkonsisti minn bejn 80 u 90 esibitur li b'ghozza kbira jzommu dawn il-vetturi fil-kundizzjoni eccellenti li qed narawhom illum, izda qed tittella wirja ta' ritratti antiki ta' attivitajiet marbuta mal-hajja ta' dan il-klabb.
Dan kollu juri li dan id-delizzju ghadu sod u b'sahhtu.
Kif tistghu taraw ftit metri l-boghod minn hawn, ix-xoghol biex din il-junction perikoluza tigi rrangata wasal fil-fazi finali u wiehed jispera li fi zmien qasir sew id-dwal kif ukoll is-sistemi godda ta' l-immaniggjar tat-traffiku jkunu jiffunzjonaw bla aktar telf ta' zmien.
Dan il-progett huwa wiehed mill-progetti mahsuba biex itejbu s-sigurta' u l-kwalita tat-toroq ta' Malta. Fil-gimghat li gejjin ser jinghata bidu ghal zewg progetti kbar ta' rikostruzzjoni ta' toroq f'zewg arterji principali li huma it-triq li mis-Salini taghti lejn in-Naxxar u l-Iklin u dik li minn hdejn il-knisja ta' Burmarrad tasal sar-Roundabout tal-Qlejja.
Dawn huma zewg toroq twal kwazi 5 kilometri il-wahda u ghalhekk ser isiru f'fazijiet separati izda ser ikunu ghaddejjin flimkien. Huwa stmat li ser jiswew ma l-erba' miljun lira Maltin. Ghall-ewwel darba qed jigi addottat process gdid fejn il-kuntrattur qed ikun responsabbli mid-disinjar tal-progett. approvazzjoni, twettieq, maniggjar tat-traffiku, stallazzjoni ta' servizzi, asfaltar u fl-ahharnett jassigura manutenzjoni tal-progett ghal hames snin mit-tmiem tal-progett.
L-ewwel triq li ser jibda fuqha x-xoghol hi dik li mis-Salini tmur fid-direzzjoni tan-Naxxar. Fl-ewwel fazi ser isir thaffir ta' madwar 900 metru l-ewwel fuq naha u wara fuq in-naha l-ohra. Wara jitkompla x-xoghol f'fazijiet separati ta' madwar 1000 metru kull bicca li jwasslu sa fuq tat-Telgha t'Alla w Ommu. Minn hemm imbaghad jibda x-xoghol fuq il-By-pass ta' Birguma li ser twassal sa l-Iklin u b'hekk titnaqqas il-kongestjoni tat-traffiku f'dik il-parti tan-Naxxar u San Pawl tat-Targa.
It-Triq l-ohra dik li minn Burmarrad twassal sar-roundabout tal-Qlejja ukoll ser issir b'dan il-metodu u x-xoghol mistenni jibda fil-gimghat li gejjin mill-parti l-aktar hazina ta' din it-triq.
Biex jigi evitat dewmien bla bzonn qed isiru laqghat regolari bejn il-Ministeru, d-Dipartiment tat-Toroq, il-Kuntrattur u rapprezentanti ta' l-entijajiet li ghandhom jew ser ikollhom servizzi ghaddejjin minn dawn it-toroq biex waqt ix-xogholijiet jigu mibdula jew stallati s-servizzi kollha.
Fil-granet li gejjin ser jithabbru pjani ta' mmaniggjar tat-traffiku fejn ikunu qed isiru dawn ix-xogholijiet, biex jigu evitati sew problemi ta' kongestjoni, kif ukoll tithares is-sahha sew tas-sewwieqa kif ukoll tal-haddiema fuq dawn il-lantijiet.
Sa issa diga tlestew parti sostanzjali mit-triq ta' Hal Far, Ix-xoghol fuq Triq Psaila qabad ritmu tajjeb u wiehed jispera li dan ir-ritmu jinzamm.
Kull min jghaddi mit-Triq tal-Kosta tas-Salini jinduna bil-kwalita tax-xoghol biex titnehha l-liwja perikoluza hdejn t-torri ta' l-Ghallis u wiehed jittama li ma jsehhux incidenti izjed f'dik Iz-zona.
Nixtieq izda li fl-okkazzjoni tallum naghmel appell biex kulhadd jifhem li meta jitlestew xogholijiet biex jitjiebu toroq arterjali dan ma jfissirx xi forma ta' licenzja biex is-sewwieqa jabbuzaw fil-mod tas-sewqan. It-toroq irrangati ghandhom iservu biex wiehed isuq bil-galbu u minghajr periklu sew ghalih kif ukoll ghal persuni ohra.
B'dan il-mod pajjizna finalment jibda jkollu toroq li jixirqu pajjiz modern.
Nikkonkludi billi nifrah lil dan il-klabb ta' din il-wirja u huwa ta' pjacir tieghi niddikjarha miftuha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN