IL-PASSAPORTI TAT-TFAL
Id-Direttur tad-Dipartiment tar-Registrazzjoni Civili javza li mill-Hadd, 1 ta' April, 2001 mhux se jibqa' possibbli li tfal taht is-sitttax-il sena jiddahhlu fuq il-passaport tal-genituri taghhom. Dan ifisser li kull persuna ta' kull eta' issa se jinhtiegilha li jkollha passaport taghha.
FI-istess hin id-Direttur tar-Registrazzjoni Civili jrid jaghmilha cara li dawk kollha li fuq il-passaport ghandhom it-tfal ga imdahhlin, dawn se jibqghu jkunu jistghu jsiefru ma' u permess tal-passaport tal-genituri taghhom. Ghalhekk f'dan il-kaz ma hemmx il-htiega li jsir passaport gdid ghal dawn it-tfal. Meta jiskadi l-passaport ta' dawn il-genituri u jigi biex jsir wiehed gdid, ma jkunx possibbli li jergghu jidhlu fuq il-passaport il-gdid tal-genituri taghhom izda jrid isir wiehed personalizzat.
Aktar taghrif jinkiseb mill-Ufficcju tal-Passaport tad-Dipartiment tar-Registrazzjoni Civili, fuq Freephone 0800 772 386
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN