Left arrow Mur Lura

THABBAR IL-BORD TAL-GHAZLA GHALL-PROGETT DWAR ID-DAHLA TAL-BELT VALLETTA

pr0466
Date Icon 28/03/2001

Il-Bord tal-Ghazla, mahtur biex jirrakomanda liema wiehed mill-Konsorzji li ssotomettew proposti ghall-Progett dwar id-Dahla tal-Belt Valletta se jintaghzel biex iwettaq il-progett, thabbar illum.

Il-Bord hu maghmul mill-Professur Daniel Darmanin bhala Chairman u minn George Grech, John Lowell, Lawrence Ciantar u Dr Austin Bencini bhala Membri.

Il-Ministru ghall-Ambjent hatar ukoll Kumitat Tekniku maghmul mill-Perit Vincent Cassar bhala Chairman, u mill- Prof. Richard England, Dr Conrad Thake, Chris Grech u Anthony Bezzina bhala Membri. Dan il-Kumitat Tekniku se jaghmel valutazzjoni tal-proposti mitfuha.

Il-Konsorzji li tefghu l-offerti huma tnejn: Civitas u 15 Sixty Six.

Il-Ministru ghall-Ambjent qed jistenna illi l-Bord tal-Ghazla jlesti r-rapport tieghu fi zmien tnax-il gimgha, meta jrid jipprezenta r-rapport lill-Ministru ghall-Ambjent.

F'kumment lill-istampa, il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech awgura li bil-pass tal-lum il-pajjiz jersaq aktar vicin biex il-progett li permezz tieghu l-Belt Kapitali jkollha entratura kif jixirqilha u li permezz tieghu jerga' jinbena s-sit tat-Teatru Rjal kif issa l-poplu Malti ilu jistenna ghal kwazi l-ahhar sittin sena.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow