Ftehim dwar id-Divizjoni tas-Sahha u l-MUMN dwar id-Deployment Exercise fl-Isptar Monte Carmeli.
Wara avvicinamenti informali li saru bejn id-Divizjoni tas-Sahha u l-MUMN u wara diskussjonijiet li saru bejn iz-zewg nahat fi tmiem il-gimgha ntlahaq ftehim bejn iz-zewg nahat biex b'hekk intemmet it-tilwima ndustrijali li issa kien ilha ghaddejja sena. Il-ftehim milhuq bejn iz-zewg nahat jinkludi:
Iz-zewg partijiet qed jaqblu mad-deployment exercise tal-Istaff Nurses u l-Enrolled Nurses kif propost mid-Divizjoni tas-Sahha f'Marzu 2000 kif ukoll mal-principju ta flessibilita` tac-caqlieq ta' staff min sala ghall-ohra.
Il-Union tirriserva d-dritt li tressaq talbiet bil-miktub lill-Management dwar kwistjonijiet ta' flessibilita` ta' caqlieq ta' staff minn sala ghall-ohra. F'dan ir-rigward, il-Management jaghti konsiderazzjoni xierqa ghal dawn it-talbiet tal-Union filwaqt li jaghti risposti bil-miktub ghal imsemmija talbiet. Id-decizjoni tal-Management tkun dik finali.
Ghal dan il-ghan il-partijiet jaqblu li tinholoq reliever pool generali. Hemm qbil li staff li gie assenjat fir-reliever pool minn swali specifici jintbaghat jahdem f'dawn is-swali fejn dan hu possibli.
Hemm qbil li meta tinholoq vakanza f'sala, staff li jkun gie mibghut fir-reliever pool minn dik is-sala, bla pregudizzju jigi kkunsidrat b' mod preferenzjali biex jimla' din il-vakanza.
L-istaff assenjat fis-Sala Male Ward 6 jahdem ir-roster DNRO. Staff li jiccaqlaq min din il-Ward minhabba l-bidla fir-roster, jigi mibghut fir-reliever pool u jintbaghat jahdem preferibbilment fis-swali Male Wards 6,7,8 u Juvenile.
Hemm qbil li meta jilhqu nurses godda jkun hemm kull tentattiv biex vakanzi fl-isptar Monte Carmeli jigu mimlija.
Dan il-ftehim jidhol fis-sehh b'effett immedjat.
Dr Ray Busuttil Sur Rudolph Cini
Direttur Generali (tas-Sahha) President MUMN
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN