Left arrow Go Back

Is- Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali jinawgura RADIO SVPR..

pr0448
Date Icon 26/03/2001

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr. Antoine Mifsud Bonnici llum inawgura l-istazzjon tar- radio RADIO SVPR.

Dan l-istazzjon sar realta' fuq inizzjattiva tal-Kumitat Hbieb ta' San Vincenz specjalment tas-sur Harry Restall. Il-Kumitat tal-Welfare ha hsieb jixtri l-apparat necessarju.

Radio SVPR ser ikun immexxi minn 'board of Governors' imwaqqaf mis-Segretarju Parlamentari Dr Antoine Mifsud Bonnici. Ic-Chairman huwa s-Sur Lawrence Mizzi u s-Sinjuri Charles Arrigo, Martin Micallef, George Peresso, Gloria Mizzi, Josephine Zammit Cordina, Louis A. Cuschieri, Alfred Zahra, Hella Jean Bartolo, Dr. Ronald Fiorentino u Tony Cordina bhala membri.

Il-Wireless Telegraphy mill-Ufficju tal-Prim Ministru hareg licenzja sabiex isiru provi fuq Frekwenza 92.2 FM. Ghal dawn l-ahhar xhur kienu qed isiru trasmissjonijiet bi prova minn zewg esperti fil-qasam tax-Xandir f'Malta - is-Sinjuri George Peresso u Martin Micallef.

Radio SVPR huwa stazzjon ghar-Residenza San Vincenz de Paul. Ir-Residenza San Vincenz de Paul, bejn residenti u staff , tilqa' madwar 2000 ruh. L-iskop ta' Radio SVPR huwa li jkun radio informattiv, edukattiv, rikreattiv, kulturali, u fuq kollox biex ikun ta' wens u kumpanija lir-Residenti li kull tant zmien ihossuhom wahedhom. Wara sejha ghall-applikazzjonijiet, ser ikunu staff minn SVPR li ser imexxu dan l-istazzjon fuq bazi volontarja.

Dr. Mifsud Bonnici, filwaqt li rringrazzja lil kull min ta sehemu biex dan ir-Radio SVPR issa jista' jibda jxandar, awgura lir-Residenti kollha biex ikunu semmiegha regolari ta' dan l-istazzjon ghax dan huwa stazzjon mir-Residenti ghar-Residenti u b'hekk inzommu hajja l-attivita' ta' San Vincenz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow