Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali jzur lil anzjana li taghlaq 103 snin.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr. Antoine Mifsud Bonnici ghamel zjara u ta l-awguri tieghu lil Maria Muscat, li l-bierah ghalqet 103 snin.
Maria Muscat, anzjana li tghix fid-dar tal-anzjani tal-Gvern fil-Mosta, illum il-Hadd, 25 ta' Marzu taghlaq 103 snin. Fil-fatt, Maria twieldet fil-25 ta' Marzu 1898 gewwa l-Mosta stess. Bint Fantin u Mikelina nee' Vella, Maria, - l-unika wahda hajja - kienet l-akbar minn hamest ahwa. Maria qatt ma zzewget u dejjem kienet tghix fil-Wardija, u baqghet tahdem sa ma kellha 90 sena. Hadmet fl-ghelieqi tal-familja u thobb hafna l-kampanja. Maria qatt ma marret skola pero` tghallmet tikteb minn hutha.
Is-Segretarju Parlamentari, flimkien mar-residenti tad-Dar tal-anzjani tal-Mosta u staff, attendew ghal Quddiesa ta' ringrazzjament u wara pprezentawlha rigali u awgurawlha AD MULTOS ANNOS.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN