Left arrow Mur Lura

PREZENTAZZJONI TA? WHEELCHAIRS U WALKING AIDES LIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI

pr0423
Date Icon 22/03/2001

Fit-3 ta' Marzu 2001, gie inawgurat blokk shih ta' Wards - 'Is-Serenity Wards' mill-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami. Progett kbir li qatt ma kien sar bhalu f'San Vincenz u li kien ghalhekk imsejjah il-Progett tal-Millennju. Serenity Wards li huma mifruxin fuq tlett sulari, b'kull sular fih 40 sodda.

Fil-bini u l-attrezzar ta' dawn is-'Serenity Wards' kienu nvoluti mhux inqas minn 3 kuntratturi ewlenin u 24 kuntratturi sekondarji. Dawn il-kuntratturi u l-haddiema taghhom stinkaw u hadmu biex illum qed jaraw ix-xoghol taghhom jigi apprezzat minn kulhadd. Pero` huma xtaqu jaghmlu xi haga aktar minn hekk. Dawn il-kuntratturi pprezentaw 15-il Wheelchair u 50 Walking aide lis-Segretarju Parlamentari Dr. Antoine Mifsud Bonnici.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr. Antoine Mifsud Bonnici, f'isem ir-residenti kollha ta' San Vincenz, irringrazzja lil dawn il-kuntratturi tal-gest sabih taghhom u assigurahom li zgur dan l-apparat ser iservi ta' ghajnuna u forsi anqas tbatija ghar-residenti kollha ta' San Vincenz de Paul. Is-Segretarju Parlamentari kompla jghid li huwa l-impenn tal-Gvern li jkompli l-process ta rinnovazzjoni gewwa San Vincenz, biex b'hekk inkomplu ntejbu l-kwalita` ta' hajja tal-anzjani. L-investiment ghandu jsir mhux biss fl-infrastruttura tal-post imma wkoll irridu ninvestu fit-tahrig tal-impjegati kif ukoll investiment f'apparat modern, biex nassiguraw li gewwa San Vincenz jinghata l-ahjar servizz.

Fl-ahharnett, Dr. Mifsud Bonnici habbar li nhar il-Hadd li gej, 25 ta' Marzu 2001, fl-10.30 a.m. gewwa San Vincenz ser jigi inawgurat RADIO SVPR - progett imniedi mill-Friends of St Vincent de Paul - u li zgur ser iservi biex l-anzjani ta' din ir-Residenza jhossuhom aktar partecipanti u integrati fil-hajja socjali, kulturali u religjuza ta' din ir-Residenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow