DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAZJONI TAL-FTUH TAL-?CAREERS CONVENTION 2001? - GHAWDEX. IL-HAMIS, 22 TA? MARZU 2001
Onorevoli Ministri
Sinjuri
Hu ta' pjacir kbir ghalija li nippresiedi l-ftuh tat-tnax il-edizzjoni tal-Careers Convention. F'din l-attivita nhossni qed niltaqa' mal-potenzjal ta' l-izvilupp ta' pajjizna. Potenzjal ta' rizorsi umani. Jien nemmen f'dan il-potenzjal Malti. Ghalhekk ukoll nemmen f'pajjizna.
Qabel ma nkompli, nahseb li hu xieraq li nsellem lill-bniedem li welled din l-inizjattiva. Qed nirreferi ghas-Sur Joe Sammut, ex-Direttur fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni li rtira mill-kariga tieghu ftit xhur ilu. Joe Sammut holoq din il-Careers Convention tnax-il sena ilu ghax emmen fil-potenzjal tal-Maltin u l-Ghawdxin. Ra fil-boghod li pajjizna jinbena bil-hiliet, bl-imhuh, bil-kreattivita, bid-dirghajn, bl-inizjattiva ta' kull wiehed u wahda minna. Mhux bl-isforz izolat tal-wiehed jew tal-wahda izda bis-somma shiha tal-kontribut ta' kulhadd. Joe Sammut ghadu jaqdi d-dmirijiet tieghu lejn l-istat f'kariga ohra daqstant importanti bhala Kap ta' Agenzija tal-Gvern relattivament gdida izda li diga bdiet thalli l-frott, jigifieri l-European Union Programmes Unit (EUPU). Lil Joe Sammut nirringrazzjawh u nawgurawlu aktar hidma b'risq pajjizna.
Il-Careers Convention ghandha mil-lanqas tlett skopijiet.
L-ewwel li sservi bhala pont bejn l-edukazzjoni formali u d-dinja tax-xoghol;
It-tieni li tkun mera ta' l-izvilupp tal-pajjiz;
U t-tielet li tkun katalgu ta' l-opportunitajiet tax-xoghol f'pajjizna.
Dan kollu jrid jigi nterpretat f'dinja li kull ma jmur qed issir globalizzata. Id-dinja tax-xoghol tal-lum hi ferm differenti minn ta' dari. L-impieg ghal ghomrok ghosfor. Aktarx li fiz-zminijiet tal-lum persuna tibdel bejn sitta u tmien impiegi tul il-hajja tax-xoghol. Dan jista' jfisser li jkun hemm bzonn li tistudja waqt li tahdem. Illum l-enfasi hi fuq taghlim tul il-hajja kollha u tibdil ta' impieg u karriera ghal diversi drabi. L-iskop ta' l-izvilupp tal-karriera hu li tifhem il-potenzjal tieghek u tara li dan il-potenzjal jigi sfruttat sa l-ahhar fid-dinja tax-xoghol.
Matul is-snin gew zviluppati bosta teoriji dwar il-mod kif isir l-izvilupp tal-karrieri. Is-socjologu Parsons kien isostni li l-ghazla ghaqlija ta' karriera jiddependi minn tlett fatturi;
gharfien car tieghek innifsek;
taghrif shih ta' dak li mistenni biex tirnexxi fix-xoghol;
u ragunament tajjeb kif dawn iz-zewg fatturi tista' tghaqqadhom flimkien.
Studjuz iehor, John Holland, kien isostni li n-nies jiffunzjonaw, jizviluppaw l-ahjar taghhom u jkollhom l-aqwa sodisfazzjon meta jahdmu f'ambjent tax-xoghol kompatibbli mal-personalita taghhom.
Il-Maltin u l-Ghawdxin draw jiccaqalqu minn post tax-xoghol ghall-iehor biex javvanzaw fil-karriera taghhom. Forsi ftit jafu li f'dawn l-ahhar hames snin medja ta' wiehed minn kull hames haddiema Maltin u Ghawdxin biddlu l-impieg taghhom kull sena. L-iktar li jbiddlu l-impieg taghhom huma z-zghazagh ta' eta bejn sittax u dsatax-il sena u warajhom jigu zghazagh bejn dsatax u hamsa u ghoxrin sena. Din it-tifsila hi simili ghal dak li jigri f'pajjizi ohra ta' l-Ewropa. Ta' min jinnota wkoll li f'pajjizna l-haddiema nisa jbiddlu l-impieg taghhom b'rata aktar mghaggla minn dik ta' l-irgiel. Dan ic-caqlieq kollu juri d-dinamizmu ta' l-ekonomija Maltija u l-opportunitajiet tax-xoghol li jitfaccaw fis-suq tax-xoghol ta' pajjizna.
F'dawn l-ahhar snin l-istrutturi tradizzjonali li jiffurmaw l-izvilupp tal-karrieri komplejna sahhahnihom b'ohrajn godda.
Is-sistema edukattiv tajnih injezzjoni qawwija gdida bil-formolazzjoni tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali li se jiswilna l-miljuni kbar biex nimplimentawh;
L-Universita apparti l-espansjoni taghha bdiet tiehu inizjattivi li torbot it-taghlim akkademiku mad-dinja tax-xoghol bl-inizjattiva tal-"Graduate Potential";
F'Lulju tas-sena li ghaddiet waqqafna mill-gdid il-Kullegg Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknologija. Ghandi l-pjacir inhabbar li f'Ottubru ta' din is-sena se jifthu sitta mill-ghaxar Istituti li mahsuba li jitwaqqfu fi hdan dan il-Kullegg. Dawn l-Istituti se jkunu dawk ta' l-Informatika u Komunikazzjoni, Inginerija Elettronika, Bini u Kostruzzjoni, Negozju u Kummerc, Arti u Disinn, u Studji Marittimi. F'Gunju li gej jithabbru l-Prospetti tal-Korsijiet kollha li jibdew f'Ottubru. Qed isir sforz biex anke f'Ghawdex isiru ghadd ta' korsijiet ta' dan il-Kullegg;
F'Ottubru li ghadda waqqafna ukoll il-Kunsill Nazzjonali ghall-Kwalifiki Vokazzjonali u Professjonali. Anke hawn sar hafna xoghol ta' fejda f'territorju gdid ghal pajjizna. Bhalissa, il-Kunsill, li qed jahdem id f'id mal-Kullegg li semmejt qabel, qieghed fil-process li jwaqqaf ma' l-ghaxar Development Boards biex jizviluppaw "standards of occupational competence" f'daqstant oqsma. Fost l-oqsma ta' prijorita nsibu; l-informatika, l-Elettronika Industrijali, Studji Bankarji, Accounting, Office Management, Insurance, Marketing & Sales, u Turizmu;
Komplejna sahhahna istituti vokazzjonali ohra bhal l-Institute for Tourism Studies u l-Institute for Health Care;
Tajna hajja gdida lill-Korporazzjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig li dalwaqt thabbar sensiela ta' inizjattivi godda fl-oqsma ta' l-impiegi u t-tahrig. Din il-Korporazzjoni qeghda tfassal ghall-Gvern abbozz ta' politika u strategija dwar l-izvilupp tar-Rizorsi Umani ta' pajjizna.
Dawn l-istrutturi godda jew imgedda iridu jkunu l-ghodda biex il-haddiema Maltin u Ghawdxin jaraw il-karrieri taghhom taht il-lenti ta' l-izvilupp tul hajjithom kollha. F'dan il-kuntest nixtieq insemmi li l-Unjoni Ewropea dan l-ahhar ippublikat Memorandum fuq "lifelong learning" bazat fuq sitt punti li huma:
Hiliet godda bazici li gew identifikati fis-Summit ta' Lisbona bhala hiliet fl-informatika, ilsna barranin, kultura teknologika, hiliet socjali u dawk intraprenditorjali;
Livelli ghola ta' investiment fir-Rizorsi Umani;
Innovazzjoni fil-mod kif isir it-taghlim;
Valur u stima gdida lit-taghlim mhux formali miksub bl-esperjenza;
Gwida u informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' taghlim ghall-persuni ta' kull eta;
Provvediment ta' opportunitajiet ta' taghlim tul il-hajja kollha li jaqdu l-htigijiet ta' kull min ghandu l-kilba li jitghallem.
Mela l-karriera mhix biss l-istaffa ta' dawk f'eta bikrija u zaghzugha. Il-karriera tista' tfisser bidu gdid ghal kull persuna irrispettivament mill-eta, mill-livell ta' edukazzjoni u mill-istat socjali li tkun fih. Ghalina kull cittadin ghandu jinghata opportunita ta' bidu gdid kull darba li c-cirkostanzi tal-hajja jtuh majnata. Dan hu l-qofol ta' l-ispirtu ta' l-Istrategija ta' l-Impiegi ta' l-Unjoni Ewropea.
Ghalina l-karriera mhux dik biss li tibda mat-tmiem ta' l-istudji formali u l-ewwel passi fuq il-bank tax-xoghol. Ghalina l-karriera tista' tfisser tahrig mill-gdid ta' haddiema li sfortunatament tilfu l-impieg wara li ghalqu l-40 sena jew aktar. Ghalina l-karriera tista' tfisser tahrig mill-gdid ta' haddiema milquta minn xi fazi ta' ristrutturazzjoni. Ghalina bidu ta' karriera jista' jkun ifisser ukoll taghlim biex persuna ssir taf taqra u tikteb anke jekk halliet il-bankijiet ta' l-iskola. Karriera ghalina tfisser bidu gdid taht bosta suriet tul il-wesgha kollha ta' hajjiet il-bniedem. Taht kull bixra ta' karriera l-Gvern tieghi hu mpenjat li joffri l-opportunitajiet kollha biex ma jhalli lil hadd jibqa' lura.
Ghalhekk fil-waqt li ninkoraggixxi lil kulhadd biex hadd ma jaqta' qalbu li jaghmel bidu gdid f'xi karriera, niehu din l-okkazjoni biex nappella lis-sidien biex iniedu ?Strategija ta' taghlim ghal tul il-hajja'. Din trid tinbet minn ambjent li jinkoraggixxi l-opportunitajiet ta' taghlim u tahrig fil-kondizzjonijiet tax-xoghol. Nixtieq nara aktar rikonoxximent fi flus ghal dawk li b'sagrificcju jirnexxilhom jakkwistaw xi kwalifika vokazzjonali jew universitarja. Nixtieq nara ghoti ta' aktar boroz ta' studju lill-haddiema. Nixtieq nara aktar opportunitajiet ta' "career breaks". Nixtieq nara aktar ftehim kollettiv negozjati ma' l-Unions li jkopru t-tahrig tal-haddiema. Nixtieq nara kampanja ta' apprezzament ghall-esperjenza miksuba fuq ix-xoghol u ghalhekk apprezzament gdid ta' haddiema f'eta gholja. Nixtieq nara aktar investiment ta' l-imprizi fit-tahrig tal-haddiema. Nixtieq nara rabta ahjar bejn il-bankijiet ta' l-iskola u l-bankijiet tax-xoghol. Nixtieq nara joktru aktar bil-bosta opportunitajiet ta' xoghol ghall-persuni b'dizabilita jew ghall-persuni zvantaggjati biex dawn ukoll jistghu ikunu kburin jghidu li qed jibnu karriera. Nixtieq nara jitwieled servizz nazzjonali ta' gwida ghall-karrieri mifrux fl-ibliet u rhula ta' gziritna.
Din is-sena il-Careers Convention libset sura Ghawdxija. Ghawdex id-distrett bl-inqas rata ta' nies jirregistraw ghax-xoghol f'pajjizna. Mhux minn dejjem kien hekk. Anzi Ghawdex minkejja s-sbuhija u l-potenzjal indiskutibbli tieghu ghandu limitazzjonijiet kbar ghall-karriera ta' bosta minn uliedu. Illum l-Ghawdxin ghandom opportunitajiet ta' taghlim f'Ghawdex stess ferm aktar kotrana minn ta' l-imghoddi. Illum anke l-Universita tat-Tielet Eta waslet f'Ghawdex. Irridkom tifmhu li hafna drabi dan qed isir bi spiza konsiderevoli ta' l-istat li ta' bidu ghaliha u kattarha l-Gvern immexxi minni. Dan qed naghmluh ghax nemmnu fil-potenzjal ta' Ghawdex u tal-Ghawdxin.
Meta nitkellmu bejnietna hafna drabi nuru l-prospetti tajba ta' xi hadd billi nghidu ?dak jew dik ghandom karriera'. Jien u l-Gvern tieghi nemmnu f'gejjieni sabih ghal Malta u Ghawdex taghna. Hbieb ?Pajjizna ghandu karriera'. Hudu l-kelma ta' min jixtieq il-gid ghal pajjiżna: ?L-isbah karriera ta' Malta u Ghawdex illum hi fl-Unjoni Ewropea'. Nemmen bil-qawwa li bil-persważjoni u bl-istinkar ta' kulhadd kapaci naghmlu success minn din il-karriera.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN