IFFIRMAR TA? KUNTRATTI BEJN LEONARDO DA VINCI CO-ORDINATING COMMITTEE U KULLEGGI VOKAZZJONALI/AZJENDI DWAR MOBILITY PROJECTS TA? STUDENTI/APPRENDISTI, GHALLIEMA/TRAINERS
Il-Gvern Malti (principalment bil-hidma koordinata bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Ministeru ghall-Politika Socjali) hadem bis-shih dawn l-ahhar sentejn u nofs biex Malta tiehu sehem u tibbenefika fil-programmi edukattivi tal-UE (i.e. Leonardo, Socrates, Youth, Fifth Framework Programme u Culture 2000).
Mill-ewwel granet tal-hatra tieghu, il-Gvern Malti wera x-xewqa li jiehu sehem f'dawn il-programmi ghax dejjem emmen bis-shih li z-zghazagh u l-istudenti Maltin ghandhom hafna x'jibbenefikaw minn dawn il-programmi.
Sal-1996 il-Gvern Malti kien diga` waqqaf l-istrutturi necessarji biex Malta tibda tiehu sehem fil-programmi Leonardo, Socrates u Youth. Izda, minhabba li kien hawn bdil fl-amministrazzjoni f'Ottubru 1996, ix-xoghol kollu li kien sar biex Malta tiehu sehem f'dawn il-programmi waqaf ghax Malta iffrizat l-applikazzjoni.
Il-Kabinett tal-Ministri (Jannar 2000) waqqaf il-European Union Programmes Unit (EUPU) fi hdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, biex tippromwovi, torganizza u timmonitorja s-sehem ta' Malta fil-programmi Leonardo, Socrates, Youth, Fifth Framework Programme u Culture 2000.
Il-EUPU waqqfet Kumitat Koordinattiv ghal kull programm biex iwettaq is-sehem ta' Malta fil-programm partikolari. Il-Kumitat Koordinattiv Leonardo da Vinci (LdVCC) mill-ewwel beda jahdem fuq "programm informattiv" biex tinghata informazzjoni dettaljata dwar il-beneficcji tal-programm.
Wahda mill-prijoritajiet li hadem fuqha l-LdVCC kienet il-Mobility Action. Dan sar ghaliex il-Kumitat gharaf il-beneficcji kbar li studenti/ apprendisti u ghalliema/ trainers fl-edukazzjoni vokazzjonali jiehdu esperjenza ta' ftit gimghat f'azjendi u kulleggi vokazzjonali Ewropej fejn jigu esposti ghall-taghlim teknologiku gdid u sistema ta' taghlim gdid. Permezz ta' dan il-Mobility Action l-istudenti u l-apprendisti jiltaqghu ma' studenti u apprendisti shabhom fl-Ewropa u minnhom jiehdu vizjoni u esperjenzi godda li ghandhom jghinuhom hafna fit-tahrig taghhom.
L-istess isir fl-ghalliema/ trainers permezz ta' Mobility Action. Malta ma tistax ikollha bilfors l-ahhar apparat teknologiku fl-iskejjel kollha u, ghalhekk, l-ghalliema/ trainers jaraw kif qed isir it-tahrig barra minn Malta u, imbaghad, jadattawh ghall-istudenti Maltin.
Biex iwettaq it-twemmin tieghu f'dawn il-programmi, l-Gvern Malti htieglu jaghmel investiment finanzjarju qawwi matul l-2000 u l-2001.
Fl-2000, il-Gvern Malti alloka Budget, fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, ta' LM414,000 ghall-programmi Leonardo u Socrates.
Waqt li fl-2001, l-Gvern alloka LM1,215,000 ghall-programmi Leonardo, Socrates, Youth, Fifth Framework Programme u Culture 2000.
Fl-2000, is-somma ta' LM414,000 inharget kollha minn rizorsi lokali, waqt li s-somma ta' LM1,215,000 ghas-sena 2001 ser tinhareg bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea (mill-pre accession funds). Il-Kummissjoni Ewropea ser tohrog LM371,900 (i.e. terz ta' l-ispiza totali) bhala ghajnuna lill-Malta biex tiehu sehem f'dawn il-programmi.
Ma' shubija shiha fl-Unjoni Ewropea, l-ispejjez kollha ta' dawn il-programmi jittiehdu mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-Kuntratti, li gew ffirmati nhar il-Gimgha, ser iqumu 250,479 Euros (i.e. Lm110,000). Il-Gvern Malti jqis din is-somma bhala investiment fl-edukazzjoni u t-tahrig vokazzjonali ta' dawn iz-zghazagh u l-ghalliema Maltin.
101 student/ apprendist fil-qasam vokazzjonali ser iqattghu medja ta' 3 gimghat f'kulleggi Ewropej biex huma jaghmlu tahrig sepcjalizzat ma' studenti/ apprendisti Ewopej.
- disinn industrijali
- kura tas-sahha
- teknologija/ elettrika u mekkanika
- elettronika industrijali
- il-kummerc u l-intrapriza
32 haddiema minn diversi oqsma wkoll ser imorru ghall-tahrig f'intraprizi Ewropej. Dawn il-haddiema gejjin minn dawn l-oqsma:
- kura tas-sahha
- artigjanat
- xandir u media
57 instructor/ ghalliem minn oqsma differenti ta' l-edukazzjoni vokazzjonali wkoll ser jibbenefikaw minn dawn il-progetti tal-Mobility ta' Leonardo.Dawn l-ghalliema gejjin minn dawn l-oqsma:
- teknologija ( elettrika u mekkanika)
- kura tas-sahha
- artigjanat
- elettronika industrijali
Wiehed minn dawn il-progetti hu xi ftit differenti mill-ohrajn, fis-sens, li 30 trainer mill-Korporazzjoni Xoghol u Tahrig (ETC) ser jiehdu sehem f'din l-esperjenza. Dawn it-30 trainer ghandhom jaggornaw t-tahrig li jaghtu lil nies qeghda u jirregistraw ghax-xoghol u jattendu l-korsijiet tal-ETC.
B'hekk, total ta' 190 persuna (101 student/ apprendist + 32 haddiem + 57 trainer) ghandhom jibbenefikaw mis-sehem ta' Malta fil-programm Leonardo din is-sena. Dan huwa l-grupp li l-applikanti tas-sena 2000. Bhalissa qed jigu pprocessati l-applikazzjonijiet ghas-sena 2001.
Fis-snin li gejjin, aktar nies jibbenefikaw minn dawn il-progetti.
Appell lill-intraprizi Maltin
Issa li l-iskejjel vokazzjonali fehmu u rrispondew bis-shih ghall-progetti Mobility ta' Leonardo, qed isir appell lill-intraprizi Maltin biex huma wkoll jgharfu l-beneficcji ta' Leonardo u jiehdu sehem fih.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN