IC-CHAIRPERSON TAL-KUNSILL NAZZJONALI DWAR IL-KURRIKULU HI MEMBRU TAL-BORD TAL-MATSEC
Il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar l-Edukazzjoni l-Onor. Evarist Bartolo gibed l-attenzjoni tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li hemm difett fil-kompozizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali dwar il-Kurrikulu (KNK) ghax ma jinkludix rapprezentant tal-Bord tal-MATSEC. Fil-fatt Ms Mary Vella, ic-Chairperson tal-KNK, hi ukoll membru tal-Bord tal-MATSEC.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea hu konxju ta' l-importanza tal-kordinament bejn il-KNK u l-Bord tal-MATSEC. Tant hu hekk li tul il-process kollu, u mhux biss f'din l-okkazjoni, il-Ministru accerta ruhu li jkun hemm dan il-kordinament. Fil-fazi ta' l-ippjanar, wiehed mit-18 il- Working Group imwaqqfa apposta dwar il-Kurrikulu kien dwar il-MATSEC. Anke il-pjan strategiku ghat-twettiq tal-Kurrikulu Implementing the National Minimum Curriculum jahseb biex ikun hemm Focus Group dwar l-Assessjar Edukattiv li jinkludi wkoll membru tal-Bord tal-MATSEC.
Dan il-koordinament se jkompli issa fil-fazi tat-twettiq. Ic-Chairperson tal-KNK, Ms Mary Vella, mhux biss hi d-Direttur tad-Dipartiment fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ghall-Izvilupp u t-Tmexxija tal-Kurrikulu, izda hija ukoll wahda mit-tlett membri li jirrapprezentaw id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni fuq il-Bord tal-MATSEC.
Barra min hekk il-pjan dwar l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu jindika car il-kwestjonijiet differenti tal-MATSEC u s-SEC li jridu jigu rizolti fid-dawl tal-Kurrikulu Nazzjonali. Infatti l-pjan jirrakkomanda li l-Ministru immedjatament iwaqqaf Bord apposta biex jezamina dawn il-kwestjonijiet u jinnegozja ma' l-Universita‘ l-ahjar soluzzjonijiet fl-interess tal-kwalita‘ u l-istandards ta' l-Edukazzjoni f'Malta.
L-ewwel laqgha li l-Ministeru kellu mal-KNK diga' irrefera ghal din il-parti tal-pjan u talab li tkun fost l-ewwel li tigi trattata.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea jixtieq jaccerta' lil kulhadd li kif dejjem sar fit-tfassil tal-Kurrikulu u l-pjan strategiku ghat-twettiq tieghu, dawk kollha li ghandhom interess fl-edukazzjoni qed ikunu involuti u ikkonsultati b'mod shih.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN