STQARRIJA MILL-MINISTERU TA? L-AFFARIJIET BARRANIN
B'riferenza ghal dak li gie rraportat fil-gurnal "l-Orizzont" tal-Hamis, 8 ta' Marzu 2001, rigward dak li ntqal mill-President tal-Kampanja ghall-Helsien Nazzjonali (CNI), il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jixtieq jiccara li:
Il-fondi moghtija mill-Gvern ghal organizzazzjonijiet rapprezentattivi huma allokati bejn id-diversi organizzazzjonijiet li jaghmlu talba ghal fondi abbazi tal-proposti sottomessi minnhom u mhux skond il-fehmiet taghhom fuq jekk Malta ghandiex tissieheb fl-Unjoni Ewropea.
Dott. Karmenu Mifsud Bonnici kkritika lil Gvern ghaliex is-CNI gew allokati biss Lm 3000, waqt li l-flus kollha l-ohra ser jinghataw lill-ghaqdiet li huma favur l-Unjoni Ewropea. Irid jinghad li l-GWU, li ftit gimghat ilu harget bil-pozizzjoni taghha kontra s-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, giet allokata s-somma ta' Lm 25,000.
Il-Gvern m'ghandu l-ebda tort, lanqas m'ghandu jigi kkritikat, jekk l-unici zewg organizzazzjonijiet minn fost dawk kollha li talbu ghal fondi, li esprimew ruhhom kontra s-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea huma s-CNI u l-GWU.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN