Left arrow Mur Lura

Diskors ta' l-Onor. Tonio Borg, Ministru ta' l-Intern, fl-okkazjoni tal-hatra ta' zewg Senior Probation Officer

pr0373
Date Icon 14/03/2001

Is-servizzi tal-probation, illum huma parti importanti hafna mis-sistema tal-gustizzja kriminali f'Malta, kif ukoll il-mutur tal-process tar-riablitazzjoni tal-hatjin.

Is-servizzi tal-probation jghinu biex jizguraw stabbilit'? socjali bil-kontribuzzjoni taghhom ghat-trazzin ta' l-attivit'? kriminali u billi jizguraw li l-hatjin riabilitati jergghu jintegraw ruhhom fis-socjet'? minghajr skossi.

Ghalkemm l-importanza ta' servizz bhal dan ilu snin twal li gie rikonoxxut, huwa biss fl-ahhar snin li f'Malta twaqqfet struttura solida li llum bdiet taghti l-frott. Infakkar biss li kien fl-1994 li twaqqfet l-organizzazzjoni PSAT (Probation Services Action Team) li kienet l-ewwel minn sensiela ta' mizuri li indirizzaw bis-serjet'? n-nuqqas ta' rizorsi f'dan il-qasam. Fl-1999, inserejna struttura gdida ghas-Servizzi tal-Probation li kienet inkorporata fi hdan id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi.

Illum qed inkomplu nsahhu din l-istruttura bil-hatra ta' zewg senior probation officers, wara li xi zmien ilu, htarna tmien probation officers godda u tellajna l-complement ghal ghaxra. Fiz-zmien li gej il-Gvern se jkompli bl-impenn tieghu biex isahhah il-probation f'pajjizna filwaqt li jespandi s-servizzi offruti.

F'dan id-dawl nixtieq inhabbar li tlestiet l-ewwel draft tal-Probation of Offenders Act sabiex timmodernizza s-servizz tal-probation wara 44 sena u tilqa' ghall-htigijiet u l-izvluppi ta' l-era moderna.

Is-servizzi li toffri din id-divizjoni jinkludu l-Pre-Sentence Investigation Report. Dan ir-rapport, li jigi ppreparat mill-Probation Officer, jintalab mill-Qorti wara li tigi stabbilita l-htija ta' l-akkuzat u qabel il-Qorti taghti d-decizjoni taghha. Dan ir-rapport jinkludi informazzjoni estensiva dwar il-background ta' l-akkuzat u s-sitwazzjoni prezenti tieghu, kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-Qorti dwar is-sentenza.

Servizz iehor huwa l-Probation Order. Din l-ordni tinhareg mill-Qorti u tista' tvarja minn sena sa tliet snin. Din hija alternattiva bbazata fil-komunit'? immirata biex isservi ta' riabilitazzjoni ta' l-akkuzat billi tevita xi hsara li tista' ssofri s-socjet'? u tipprevjeni milli l-akkuzat isir recidiv.

Servizz iehor li toffri din l-istruttura huwa s-supervizjoni tas-sentenza sospiza. Il-Qorti tista' tordna sentenza ta' prigunerija li tkun sospiza bejn sentejn u erba' snin, u x-xoghol tal-probation officer li jkun qed jaghmel supervizjoni, jkun aktar iffukat fuq l-aspett tal-kontroll.

Il-frott li qed thalli din id-divizjoni, huwa rifless ukoll fl-ammont ta' xoghol li qed jizdied b'mod konsiderevoli minn sena ghal sena. Bizzejjed wiehed isemmi li matul is-sena 2000 il-probation officers gew appuntati biex jaghmlu supervizjoni ta' 200 probation orders, supervizjoni ta' 7 sentenzi sospizi u biex jikkompilaw 53 rapport. Dan kien ifisser zieda ta' 111 fil-mija fuq in-numru totali ta' kazi tas-sena ta' qabel.

Ix-xoghol konsiderevoli li dig'? sar sa dan ix-xahar jindika li din is-sena l-ammont ta' xoghol se jizboq lil dak li sar fis-sena li ghaddiet.

Fl-ahhar nett nixtieq inhabbar ukoll li fl-ahhar ta' dan ix-xahar se tiltaqa' f'Malta il-konferenza Permanenti Ewropea tal-Probation – CEP. Is-CEP tahdem biex tippromwovi l-inkluzjoni socjali tal-hatjin permezz ta' attivitajiet fil-komunit'? u mizuri bhal ma huma l-probation, is-servizz fil-komunit'?, medjazzjoni u rikonciljazzjoni.

Il-membri tas-CEP huma organizzazzjonijiet statali u non-governattivi li jahdmu fil-qasam tal-probation, kif ukoll numru ta' individwi interessati f'dan il-qasam. Flimkien, huma jirrapprezentaw network uniku ta' expertise dwar metodi differenti kif wiehed ghandu jahdem mal-hatjin fil-komunit'?. L-ghan taghhom huwa dak li jipprotegu lis-socjet'? minghajr ma jirrikorru ghall-uzu tal-habs.

Huwa unur ghalina lkoll li s-CEP se tiltaqa' f'Malta ghax bis-sahha t'hekk se nizviluppaw u nsahhu kuntatti ma' ghadd kbir t'organizzazzjonijiet Ewropej li whud minnhom, fil-qasam tal-probation, huma zviluppati aktar minna.

Fl-ahhar nixtieq nawgura kull success liz-zewg senior probation officers godda u lill-kumplament ta' l-istaff fix-xoghol tassew siewi li qed jaghmlu.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow