DISKORS MILL-ONOR. JESMOND MUGLIETT, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA? L-EDUKAZZJONI, LI SAR GHAL FTUH TA? SEMINAR BIT-TITLU "STRATEGIC MANAGEMENT IN SPORTS ORGANISATION", ORGANIZZAT BEJN IS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA? L-EDUKAZZJONI
Il-Htiega ta' Ppjanar Strategiku fl-Isports f'Malta
Dan is-Seminar qed jigi organizzat mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli ghall-Isport u l-Kumitat Olimpiku Malti peress li iktar m'hu qed jghaddi z-zmien iktar qed tinhass il-htiega ta' ippjanar strategiku fl-isports f'Malta.
B' Ippjanar Strategiku fl-Isports ahna nifhmu li ghandna nistabbilixxu numru ta' oggettivi li jridu jintlahqu f'perjodu stipulat wara li jkun sar studju tas-sitwazzjoni prezenti. L-istess pjan jistabbilixxi l-processi li ghandhom iwasslu biex jintlahqu l-ghanijiet.
Inhoss li l-izviluppi li kien hawn fl-isport Malti f'dawn l-ahhar hmistax-il sena gabu titjib sostanzjali u dan jidher f'diversi setturi fosthom:
fl-izvilupp fil-facilitajiet sportivi
l-edukazzjoni fl-isports
aktar uzu ta' esperti f'diversi oqsma specjalizzati
zieda fil-budget tal-isports
programmi ghall-partecipazzjoni f'kompetizzjonijiet sportivi ewlenin
Il-Facilitajiet Sportivi
Jekk wiehed jara l-facilitajiet sportivi li gew zviluppati f'dawn l-ahhar hmistax-il sena naraw numru sostanzjali, fosthom it-Track Internazzjonali tal-Atletika fil-Marsa, il-Kumpless tal-Pixxina Olimpika Nazzjonali f'tal-Qroqq , diversi shooting ranges bhal tal-Bidnija, il-Kumpless Sportiv ta'Ghawdex, diversi pitches tal-haxix naturali bhall-Kumpless f' Ta'Qali, il-Hamrun, il-Furjana,il-Gozo Stadium u l-pitches tal-Marsa.
Sar ukoll zvilupp fil-facilitajiet sportivi fi Skejjel privati fosthom fil-kulleggi tas-St.Martin, San Alwigi. St.Dorothy's, St.Agata u s-Seminarju ta' Ghawdex. Saru zviluppi gewwa facilitajiet bhal Padiljun tal-Basketball f'Ta'Qali, bini ta' Squash Courts fil-Pixxina Nazzjonali, ufficini tal-Kumitat Olimpiku Malti sabiex minnhom ikunu jistghu jwettqu l-hidma taghhom u l-monitoring tal-performance ta' l-atleti.
Edukazzjoni Sportiva
Titjib iehor li sar fl-isport dawn l-ahhar zminijiet sar fl-Edukazzjoni ta' l-Isport.
sar zvilupp fil-programm ta' preparazzjoni tal-ghalliema tal-P.E.fil-livell Universitarju
zdiedu in-numru ta' ghalliema ‘parapathetic' fl-iskejjel primarji
il-P.E. sar suggett fil-MATSEC
it-tnedija tal-kors ‘Certification in Fundamentals of Coaching' li gie organizzat f'hidma kongunta bejn is-Segretarjat Parlamentari ghall-Isports, il-Kunsill Malti ghall-Isport u mill-Universita' ta' Malta ( fejn il-Coaches qed ikunu jistghu jitharrgu b'mod professjonali fis-suggett taghhom)
sar ftehim ukoll mal-MUT fejn ser ikun hemm ingagg ta' activity teachers iggradwati fil-P.E. sabiex jorgannizza atttivitajiet sportivi wara l-hin normali ta' l-iskola
sar titjib ukoll kemm fin-nies li jippartecipaw u kemm dawk li jamministraw l-isport fejn ingiebu atleti u coaches barranin kif ukoll xjentisti li qed jghinu fil-monitoring ta' l-atleti (fejn ingib ukoll taghmir specjalizzat)
il-Coaches u referess Maltin, kif ukoll ufficjali li jmexxu l-ghaqdiet Nazzjonali qed jinghataw taghrif (bhal dan is-Seminar) kemm fit-tmexxija ta'l-isport kif ukoll fil-management ta' facilitajiet.
Budget
Titjib iehor kien fil-flus allokati ghall-isports.
Il-Budget Kapitali ghall-isports fl-1998 kien ta' mija u ghaxart elef liri Maltin (Lm110,000). Din is-sena (2001) n-nefqa kapitali mistennija tilhaq id-disa' mitt elf liri maltin (Lm900,000)
Zdiedu sostanzjamlment il-flus ghall-Kumitat Olimpiku Malti u l-assocjazzjonijiet Nazzjonali
Il-Gvern alloka facilitajiet lil ghaqdiet li jmexxuhom. Permezz ta' hekk l-ghaqdiet qed jiggeneraw aktar fondi gejjin kemm mill-attendenza, kemm mir-reklamar kif ukoll mill –isponsorships.
Iz-zieda fl-Istazzjonijiet tax-xandir gab aktar rappurtaggi tal-isports. Din is-sitwazzjoni gabet aktar reklamar.
Tournaments Internazzjonali
Kien hawn ukoll titjib fil-preparazzjoni ghal-livell internazzjonali.
Qed naraw numru ta' Assocjazzjonijiet jippartecipaw u jorganizzaw b'mod konsistenti kompetizzjonijiet Internazzjonali kemm barra kif ukoll f'Malta , b'hekk insibu li l-Kalendarju Sportiv sar intensiv. Sabiex inzommu l-konsistenza, jehtieg li tigi segwita mill-qrib (monitored) din l-attivita'.
Jehtieg li Malta ikollha prezenza kontinwa f'tournaments ewlenin. Ghal dan il-ghan permezz ta' konsultazzjoni bejn il-Kumitat Olimpiku Malti u s-Segretarjat Parlamentari ghall-Isports
giet zviluppata l-iskema ta' elite athletes fejn l-iktar atleti li jkunu qed jippromettu jigu mghejjuna fl-izvilupp taghhom
hawn skema simili ghal dawk l-atleti aspiranti li jkunu jippromettu sabiex jiksbu is-successi mixtieqa
qed jingiebu atleti barranin biex iservu ta' kompetizzjoni ghal atleti maltin li ma' jkollhomx atleti fil-livell taghhom.
Din iz-zieda u titjib kollu qieghed iservi sabiex il-pubbliku sportiv Malti jistenna aktar mill-isport Malti. L-Isport gie mpoggi bhala xi haga ta' prestigju Nazzjonali, fil-kontroversja li qamet wara il-partecipazzjoni Maltija f'Sydney. Hawn partecipazzjoni akbar , iktar genituri jixtiequ jaraw it-tfal taghhom jipparetecipaw fil-livelli kollha.
Jehtieg li jkun hemm strategija fl-ippjanar anke minhabba li fil-livell tal-kompetizzjonijiet li nippartecipaw, l-oppozizzjoni ta' atleti barranin ghandha rizorsi finanzjarji akbar, popolazzjoni ta' atleti min fejn jaghmlu l-ghazliet taghhom, aktar ghajnuna xjentifika, aktar strutturi ta' appogg ghall-Isport.
Ir-responsabbilta' li nkunu startegici taqa' fuq kulhadd, il-Gvern, Kunsill Malti Ghall-Isport, Kumitat Olimpiku Malti u d-diversi Assocjazzjonijiet Nazzjonali
Oqsma fejn inhoss li irridu niffukaw huwa:
li nzidu l-partecipazzjoni fl-isport sabiex b'hekk ikollna numru akbar ta' sportivi minn fejn naghzlu meta jkollna kompettizjonijiet internazzjonali
irridu naraw kif diversi assocjazzjonijiet sportivi jizviluppaw it-talent ta' tfal minn eta' zghira, dan ghaliex meta dawn it-tfal jilhqu l-eta ta' hmistax, sittax- il sena ir-rata ta' zvilupp tat-talenti taghhom tibda taqa lura, meta mqabbla ma' tfal t
amparhom f'pajjizi ohra
irrdu nisfruttaw il-potenzjal ta' reklamar f'attivitajiet sportivi. Dan ihalli aktar dhul ghall-Assocjazzjonijiet li jorganizzawh u b'hekk dan id-dhul ikun jista' jigi ri -investit mill-istess Assocjazzjonijiet
irridu nisfruttaw aktar l-opportunitajiet li jezistu bhal sinergija ma' setturi ohra bhat-Turizmu, li wkoll jista' jiggenera dhul sostanzjali
l-Assocjazzjonijiet iridu jiffukaw aktar fuq l-amministrazzjoni – l-attivitajiet sportivi qed isiru aktar sofistikati u intensivi. Wasal iz-zmien li jkollna amministraturi full-time jew part-time ma' l-Assocjazzjonijiet.
Fix-xhur li gejjin is-Segretarjat ta' l-Isport sejjer ikompli jikkoncentra sabiex l-isport f"Malta isir aktar b'mod pjanat u b'oggettivi cari. Fost l-oqsma ta' prijorita ghas-Segretarjat fix-xhur li gejjin insibu:
ghajnuniet li jaghti l-Gvern lill-Assocjazzjonijiet ser ikunu marbuta ma' programmi ghal zvilupp ta' zghazagh fl-isports, li jridu jistabbilixxu l-istess Assocjazzjonijiet
pjan b'vizjoni hollistika ghal zvilupp ta' facilitajiet sportivi fil-pajjiz
tfassil ta' Legislazzjoni ghall-isports
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN