Left arrow Mur Lura

DISKORS TA? L-ONOR. TONIO BORG, MINISTRU TA? L-INTERN, WAQT KONFERENZA TA? L-AHBARIJIET DWAR L-ISKEMA TAL-QBIELA GHAL DAWK LI JAHDMU RABA TAL-GVERN

pr0344
Date Icon 09/03/2001

L-iskema tal-qbiela kienet success kbir

F'Settembru li ghadda giet imnedija skema ta' qbiela ghal dawk li jahdmu, ghal skop agrikolu, art tal-Gvern. Din l-Iskema kella taghlaq fil-31 ta' Jannar, 2001, izda minhabba d-domanda kbira li kien hemm, l-iskema giet estiza sat-28 ta' Frar, 2001. L-Iskema tkopri kemm art amministrata mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, kif ukoll dik li taqa` taht l-Ufficcju Kongunt.

Sat-28 ta' Frar, 2001, dahlu 9,118 applikazzjoni f'Malta u 3,052 f'Ghawdex, total ta' 12,170 applikazzjoni minn dawn 7,781 dahlu fl-ahhar xahar, cioe` fi Frar. Minhabba d-domanda kbira, gew accettati fl-ahhar gurnata 867 applikazzjoni bla hlas ghalissa sakemm jigu ezaminati li ghandhom id-dokumenti mehtiega, u dana sabiex ma jithallewx barra, galadarba gew bl-applikazzjoni u d-dokumenti qabel id-data li fiha ghalqet l-Iskema.

Din l-Iskema, minkejja l-kritika li kien hemm dwarha minn xi whud, liema kritika kienet bazata fuq informazzjoni zbaljata, tant kienet success li issa wiehed irid jistenna sabiex dawn it-12,000 applikazzjoni jigu processati kollha.

L-Iskema giet imnedija sabiex tghin lil zewg kategoriji principali ta' bdiewa:

dawk li qed jahdmu art tal-Gvern minghajr titolu fuq isimhom, u cioe` minghajr ktieb tal-qbiela jew ircevuti. Dawn l-iktar kienu nies li hadu l-art f'idejhom minn ghand xi qarib taghhom, u l-kirja skond il-Ligi dwar il-Kiri tar-Raba ma setghetx iddur fuqhom. Dana ghaliex il-Ligi tirrikonoxxi bhala "qraba" biex jirtu l-kirja d-dixxendenti biss tal-kerrej (ez tfal) jew l-axxendenti (ez. missier). Dawn il-persuni issa kollha se jgawdu minn din l-Iskema u se jkollhom il-posizzjoni taghhom regolarizzata.

Apparti dawn il-bdiewa, kien hemm bdiewa ohra li ilhom snin twal li jahdmu art tal-Gvern, dejjem ghal skop agrikolu, u qatt ma kellhom titolu fuqha. Fejn jirrizulta li l-kaz hu genwin, u l-art verament qed tinhadem ghal skop ta' biedja, dawn il-bdiewa se jkunu rikonoxxuti, ghall-ewwel darba, bhala kerrejja ta' din l-art.

Bdiewa ohra, li llum m'ghandhomx titolu, u issa se jinghataw titolu, huma dawk li ghal xi zmien kienu jhallsu kera lill-Gvern, u l-Gvern ghal xi raguni jew ohra, ma baqax jaccetta l-kera. Dawn, jekk baqghu jahdmu r-raba se jigu rikonoxxuti wkoll.

it-tieni kategorija tigbor lil dawk li llum ghandhom titolu, jhallsu l-qbiela, izda t-titolu taghhom qieghed ma' haddiehor ("in solidum" ez – eredi ta' Ganni Borg). Ghall-ewwel darba dawn se jinghataw id-dritt li, jekk iridu jibqghu kif inhuma, u jekk le, jistghu jitolbu li jinghatalhom titolu fuq dik il-parti tar-raba li jahdmu huma, basta jkun hemm ftehim mal-kerrejja l-ohra.

L-intenzjoni issa tal-Gvern hi dik li fil-lokalitajiet kollha fl-ufficcji tal-Kunsilli Lokali, jitpoggew pjanti li juru fejn saret xi applikazzjoni b'xahrejn zmien ta' verifika u "screening" sabiex jintlaqghu oggezzjonijiet.

L-intenzjoni tal-Gvern hi dik li l-applikazzjonijiet jinhadmu skond il-lokalita`. Dan jista` jiehu xi zmien, izda biex isiru l-affarijiet sew, jinhtieg li jsir hekk.

Fejn jirrizulta li l-applikazzjoni tolqot art li hija tajba ghall-bini, jew il-Gvern ghandu xi progett dwarha, jew hi frott ta' abbuz, naturalment l-applikazzjoni tigi michuda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow