Left arrow Go Back

L-ONOR. LAWRENCE GONZI, AGENT PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, JINDIRIZZA MESSAGG FL-OKKAZJONI TA? JUM IL-MARA 2001

pr0333
Date Icon 08/03/2001

Il-Gvern Malti jixtieq isellem lil dawk in-nisa kollha Maltin u Ghawdxin li b'xi mod jew iehor qed jissiehbu fit-tkabbir u t-tishih tal-hajja ekonomika u socjali tal-pajjiz. Is-sehem tal-mara fl-ekonomija ta' pajjizna mhux mibni biss fuq il-kontribut finanzjarju u produttiv li jidher minn dawk in-nisa li jissiehbu fis-suq tax-xoghol imma huwa bil-wisq aktar evidenti fil-kontribut li taghti l-mara Maltija sabiex izzomm soda l-familja u fis-sehem li taghti sabiex it-tessut socjali ikun wiehed tali li jippermetti kontinwit'?, sostenibbilt'? u tishih tal-valuri tas-solidarjet'? u l-ghaqda li tant jikkaratterizzaw lis-socjet'? Maltija.

Kull jum tas-sena huwa Jum il-Mara! Il-fatt li nosservaw it-tmienja ta' Marzu ta' kull sena bhala l-Jum Internazzjonali tan-Nisa hija tislima simbolika li tfisser l-gharfien tas-socjet'? ghall-kontribut vast li l-mara taghti ta' kuljum, u hafna drabi, fis-skiet fil-komunita' bhala omm, bhala carer, bhala edukatrici, bhala sostenitrici u bhala siehba attiva f'kull attivit'? li tinghata.

Matul iz-zmenijiet il-mara Maltija ghamlet diversi kisbiet, liema mertu mhux taghna l-politici, imma huwa tal-mara stess. Ir-rwol tal-Gvern huwa biss wiehed li jiffacilita u jnehhi x-xkiel li jista' jtellef minn din il-mixja li l-mara Maltija miexja fiha, sabiex tohloq ghaliha nfisha ambjent li jirrispetta d-decizjonijiet u l-ghazliet taghha bhala mara u li jipprovdi ghall-htigijiet taghna, liema htigijiet kienu ghal hafna zmien mirduma u mtappna mill-ezigenzi ta' dinja mmexxija mill-irgiel.

Dan ma jfissirx li l-Gvern ma jipprotegix lil dawk in-nisa li jinsabu ghaddejjin minn trawmi kbar u li huma vittmi ta' abbuz jew vjolenza. F'dan ir-rigward il-Gvern dig'? ha passi konkreti sabiex jipprovdi facilitajiet ta' kenn u programmi ta' ghajnuna, kemm ghal vittmi kif ukoll ghal dawk li joholqu l-abbuz. Issa jonqos li dawn l-inizjattivi jigu mqieghda f'qafas aktar regolat, taht legislazzjoni li tirregola u tistabilixxi pieni u proceduri sabiex jigu mharsa kontra l-abbuz.

Madankollu, tajjeb nirregistraw il-progress li ghamlet il-mara Maltija fid-dinja tax-xoghol u fil-qasam ta' l-edukazzjoni. Il-partecipazzjoni tan-nisa fuq iz-zewg aspetti kibret b'mod sostanzjali u x-xejriet ricenti qed jindikaw li dan il-progress qed igib bidla fl-organizzazzjoni tax-xoghol, fil-kundizzjonijiet tax-xoghol u fl-istruttura u l-mobilit'? tar-rizorsi umani fuq is-suq tax-xoghol.

L-istess nistghu nghidu ghal kontribut li n-nisa jaghtu fil-komunit'? u sabiex jibnu sens ta' ghaqda fil-komunitajiet taghhom. Il-partecipazzjoni tan-nisa fil-kunsilli lokali, ix-xoghol volontarju li jaghmlu diversi nisa ma' anzjani, tfal u persuni b'dizabilit'? huwa kollu xhieda tal-valur kbir ta' dedikazzjoni li bosta nisa Maltin u Ghawdxin jaghtu lis-socjet'? Maltija.

Huwa ghalhekk li l-Gvern, din is-sena jixtieq li jirrileva dan il-kontribut ekonomiku u socjali tal-mara Maltija – kontribut li sfortunatament f'certi cirkostanzi jigi zvalutat bhalikieku mhux xoghol ta' dinjit'? u impenn. Il-holqien ta' bilanc bejn il-karriera, ir-responsabbiltajiet tal-familja u l-impenn socjali huma l-mira ewlenija tal-Gvern fil-qasam tan-nisa fis-socjet'?, u huwa ghalhekk li l-Gvern irid jistimola l-izvilupp tal-mara Maltija fuq dawn it-tlett lati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow