STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA RIGWARD IT-TILWIMA BEJN ID-DIVIZJONI TAS-SAHHA U L-KAMRA TA L-ISPIZJARA TA MALTA
Saru avvicinamenti bejn rapprezentanti tad-Divizjoni tas-Sahha u l-Kamra ta' l- Ispizjara ta' Malta bil-ghan li jergghu jinfethu tahdidiet dwar ir-ristrutturazzjoni necessarja fis-Servizzi Farmacewtici tal-Gvern.
Konsegwentament, gie deciz li minghajr pregudizzju ghaz-zewg nahat, id-Divizjoni tas-Sahha tissospendi l-istruzzjonijiet kollha moghtija mit-22 ta' Novembru dwar it-tibdiliet fl-istruttura tas-Servizzi Farmacewtici u dwar ir-rwoli u r-responsabilitajiet ta' l-Ispizjara u l-Kamra tissospendi d-direttivi taghha mis-16 ta' Frar 2001 b'sehh immedjat.
Fil-frattemp, id-Divizjoni tas-Sahha u l-Kamra ta' l-Ispizjara ta' Malta ghal darb'ohra jiddeploraw l-agir ta' min baghat l-e-mail ta' theddid lid-Direttrici tas-Servizzi Farmacewtici. Id-Divizjoni tistqarr pubblikament li min-naha taghha ma ghandha l-ebda suspett f'xi individwi partikolari.
Kemm id-Divizjoni tas-Sahha kif ukoll il-Kamra ta' l-Ispizjara qeghdin jirtiraw l-istqarrijiet pubblici li saru rigward din it-tilwima.
Id-diskussjonijiet bejn iz-zewg nahat ser jibdew mill-aktar fis possibbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN