Left arrow Go Back

IL-KONTRIBUT TAN-NISA FIL-HAJJA EKONOMIKA U SOCJALI TAL-PAJJIZ

pr0320
Date Icon 06/03/2001

Studju mniedi mill-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara u moghti f'idejn Frances Camilleri, Lecturer fil-Workers Participation Development Centre tal-Universit'? ta' Malta, jitfa' dawl gdid fuq il-kontribut tal-mara Maltija ghall-izvilupp socjali u ekonomiku tal-pajjiz. F'konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha gew pprezentati r-risultati ta' din ir-ricerka, l-Agent Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, qal li dan huwa pass iehor fil-katina ta' inizjattivi ntizi sabiex jghinu lil min imexxi jifhem aktar is-sitwazzjoni tal-mara Maltija halli tkun tista' tigi fformulata politika li tirrispetta u tadatta ruhha ghall-bzonnijiet tal-mara.

Ir-risultati ta' dan l-istudju jindikaw li 52% tan-nisa Maltin iqattghu il-hin taghhom esklussivament sabiex iduru bil-familja taghhom, jiehdu hsieb it-tfal u jaghmlu xoghol fid-dar. Jidher wkoll li dan ix-xoghol jiehu madwar hdax-il siegha kuljum u dan huwa element importanti hafna meta wiehed jipprova jikkwantifika l-kontribut tan-nisa, kemm fuq livell ekonomiku kif wkoll dak socjali.

Jidher wkoll li 55% tan-nisa ghandhom livell baziku ta' edukazzjoni minghajr kwalifiki. Dan jispikka l-aktar fil-lokalitajiet ta' madwar il-port il-kbir. 4% biss tan-nisa intervistati ghandhom kwalifika ta' snajja'. Hemm indikazzjonijiet wkoll li juru li ghalkemm il-mara Ghawdxija tgawdi livell ta' edukazzjoni oghla minn nisa Maltin, xorta wahda jidher li n-nisa Ghawdxin jippreferu jiddedikaw ruhhom ghad-dmirijiet tal-familja.

Fil-qasam tax-xoghol jidher li aktar minn nofs in-nisa (60%) minghajr tfal jippartecipaw fis-suq tax-xoghol. Madankollu, anqas minn nofs (43%) in-nisa Maltin li jistghu jahdmu huma attivi ekonomikament jew jahdmu bi qliegh.

Filwaqt li rringrazzja lill-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara ta' din l-inizjattiva, il-Ministru Gonzi nnota l-impenn li l-mara Maltija dejjem tat sabiex jigu trasmessi u msahha l-valuri tal-familja li fuqhom hija mibnija s-socjet'? Maltija. Il-Ministru Gonzi fakkar li din is-sena hija wkoll is-sena ddedikata lill-voluntiera, u huwa xieraq li l-mara tigi mfahhra ghal dan is-sens qawwi ta' generozit'? li bih taqdi l-familja – f'dan is-sens, tenna l-Ministru Gonzi, il-mara Maltija hija ezempju haj tal-volontarjat, li b'mod sieket u dedikat ssostni u sseddaq il-hajja ekonomika u socjali tal-pajjiz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow