STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI B?RISPOSTA GHAR-RAPPORT PUBBLIKAT FIL-GURNAL ?L-ORIZZONT? TA? LLUM 6 TA? MARZU 2001 INTITOLAT "MINISTERU JRID HADDIEMA MILL-ISPTAR BIEX IMORRU JAHDMU L-QORTI"
Il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali qieghed iwettaq riforma shiha fl-istrutturi, il-prattici u s-sistemi tal-Qrati biex ikompli jtejjeb ir-rizultati miksuba f'dan il-qasam din is-sena. Ghal dan il-ghan twettqu diversi bidliet li qed ihallu l-frott taghhom.
F'dan ir-rigward, il-Ministeru jemmen li l-istrutturi huma mibnijin fuq il-hila tal-haddiema u li s-sistemi minghajr nies kapaci jfallu qabel ma jibdew. Ghalhekk, il-Ministeru qieghed ukoll jindirizza l-problema akuta ta' rizorsi umani li hemm fil-Qrati tal-Gustizzja. Fil-fatt, ftit xhur ilu ntlahaq ftehim li permezz tieghu tjiebu sostanzjalment il-kundizzjonijiet tax-xoghol ta' numru ta' haddiema tal-Qrati kif ukoll zdiedet il-flessibilit'? ta' l-istess haddiema.
Biex tigi ndirizzata l-problema tan-nuqqas ta' haddiema f'xoghol ta' l-ufficcju, il-Ministeru ppropona lill-Management and Personnel Office biex isir reklutagg intern minn fost it-8,000 haddiem industrijali li hemm fuq il-kotba tal-Gvern. Dan sar skond il-politika prezenti ta' re-training tal-Gvern, fejn impjegati fis-Servizz Pubbliku jinghataw l-opportunit'? li jitharrgu f'qasam partikolari u jmorru jaghmlu xoghol relatat ma' dak it-tahrig b'kundizzjonijiet ta' xoghol ahjar.
Ghalhekk, il-Management and Personnel Office f'Novembru 2000, hareg sejha ghall-applikazzjonijiet ghal post ta' Court Assistant, minn fost il-haddiema kollha tal-Gvern fi gradi 17-20. Din ic-cirkolari kienet indirizzata lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Generali, Diretturi – inkluzi dawk fil-Ministeru tas-Sahha – kif ukoll lill-Kapijiet ta' Organizzazzjonijiet Parastatali. Minn naha tieghu, il-Ministeru baghat ittra ta' informazzjoni lill-haddiema kollha u mhux lil Ward Clerical Assistants biss, kif intqal f' ‘l-Orizzont'.
Permezz ta' dan l-ezercizzju numru ta' haddiema ser itejbu l-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom. L-istess haddiema ser jinghataw ukoll l-opportunit'? li jahdmu f'ambjent rispettabbli u bl-uzu ta' l-aqwa teknologija ta' l-informatika.
Il-Ministeru jishaq li huwa determinat illi jkompli jahdem mal-Unions biex dejjem ikun minn ta' quddiem biex itejjeb dawn il-kundizzjonijiet u biex jibqa' jgholli l-livell tal-kwalit'? tal-hajja fuq ix-xoghol ta' l-impjegati tal-Qrati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN