DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAZJONI TAL-FTUH TAS-SWALI GODDA GEWWA SAN VINCENZ DE PAUL - 3 TA? MARZU 2001
Fl-okkazjoni bhal ta' llum, fejn qed ninawguraw il-ftuh tas-Swali godda f'din ir-residenza, ikun sew li nharsu mill-qrib lejn is-settur ta' l-anzjani. Ikun tajjeb li nahsbu ftit fuq x'effett ghandhom l-izviluppi li qed isehhu f'dan il-qasam.
X'ifisser il-fatt li llum qed nghixu aktar fit-tul? X'ifisser il-fatt li llum ghandna kura medika li taghmilha possibbli sabiex l-anzjani taghna jkollhom livell ta' hajja dejjem ahjar?
Tajjeb ukoll li nharsu lejn x'qed jaghmel il-Gvern, kemm centrali kif ukoll lokali f'dan il-qasam.
Matul dawn l-ahhar ghaxar snin il-Gvern tieghi ha hsieb jintroduci numru ta' mizuri sabiex jghin lil dawk l-anzjani li jistghu u jixtiequ jibqghu jghixu f'darhom. Kienet u hija politika li l-Gvern jemmen fiha bis-shih.
Izda, dan ma jeskludiex il-fatt li f'kull socjeta, ikun hemm persentagg tal-popolazzjoni anzjana li jkollha bzonn ta' kura aktar specjalizzata f'postijiet addattati ghalihom. Ghal dan il-ghan, Gvern tieghi hass il-bzonn li jinbnew Djar residenzjali ghall-anzjani gewwa l-irhula u l-bliet Maltin. Hekk l-anzjani jkunu jistghu jircievu sapport, wens u kura fil-komunita fejn trabbew.
Il-komunita qatt ma tista tabdika mir-responsabbilta taghha lejn l-anzjani li jkunu taw sehem qawwi ghall-izvilupp ta' l-istess komunita meta huma kienu izghar. Il-Kunsilli Lokali, ghandhom rwol ferm importanti sabiex, b'kollaborazzjoni shiha mal-Gvern Centrali, jaraw li jitwettaq il-kuncett ta' solidarjeta ma' dawk il-persuni li huma zvantaggjati. Hemm diversi Kunsilli Lokali li jahdmu mal-Gvern sabiex itejbu l-livell ta' l-ghejxien tar-residenti anzjani fil-lokalita taghhom. Kunsilli, li flimkien mal-Gvern Centrali, ikkollaboraw sabiex jinfethu Centri ta' matul il-Jum fejn l-anzjani jkunu jistghu jqattghu xi sieghat flimkien.
Dan l-izvilupp huwa konformi ma' l-ghan ewlieni tal-Gvern li jghin lill-anzjani jibqghu jghixu fi djarhom, fil-belt jew rahal fejn trabbew, biex huma jibqghu jghixu hajja indipendenti fil-komunita.
Ghalkemm il-politika tibqa' wahda mmirata lejn il-komunita jibqa' importanti r-rwol tar-Residenza ta' San Vincenz bhala residenza ta' kura ghal mijiet ta' anzjani Maltin u Ghawdxin.
San Vincenz bhala livell ta' kura jmur oltre. Mill-1987 'l hawn, San Vincenz beda jiehu bixra aktar lejn post b'specjalizzazzjoni ghall-kura medika ta' dak is-settur tal-popolazzjoni anzjana li l-aktar ghandha bzonn. U sabiex din l-ispecjalizzazzjoni tkompli titjieb u timxi 'l quddiem, inhass il-bzonn li l-kumpless ikompli jigi mmodernizzat.
Ir-rizultat ta' dan l-immodernizzar jista jammirah kulhadd. Cert li kull min qieghed jew sejjer jahdem gewwa din il-binja sejjer jaghmel dan b'dedikazzjoni, b'rispett lejn il-privatezza u d-dinjita ta' l-individwu.
Fil-bidu tad-diskors tieghi jien accenajt ghax-xoghol li qed jaghmel il-Gvern Centrali kif ukoll dak lokali fil-qasam ta' l-anzjani. L-anzjani ta' din ir-residenza ghandhom htiega ohra li l-Gvern wahdu ma jistax jissodisfa. L-anzjani jhossu l-firda u sfortunatament xi kultant anke l-abbandun totali minn ghand dawk li huma jkunu ghexu maghhom u anke ddedikaw l-isbah snin ta' hajjithom ghalihom. Il-kuncett ta' solidarjeta ma jistax jieqaf barra l-bieb ta' din ir-residenza hekk kbira. Jiena nheggeg ukoll lill-Kunsilli Lokali ta' l-inhawi, bhal ta' Hal-Luqa, Hal-Qormi, il-Marsa u s-Siggiewi sabiex ikollhom impenn partikulari lejn dan il-post kif ukoll il-Kunsilli Lokali kollha ta' Malta ghaliex zgur li minn dawn l-elf resident u residenta issib xi hadd li gej mill-ibliet u r-rhula kollha ta' Malta. Il-kuncett ta' solidarjeta ma jieqafx ghal darba jew darbtejn fis-sena, forsi fil-Milied u l-Ghid, izda kull Kunsill ghandu jara li jimpenja ruhu sabiex jghin lill-amministrazzjoni tkompli ttejjeb u tibni fuq dak li qieghed jaghmel il-Gvern Centrali.
Jiena nawgura dan l-impenn tal-Gvern isib il-koperazzjoni u l-kollaborazzjoni tas-setturi kollha tas-socjeta Maltija. L-immodernizzar tal-bini gewwa San Vincenz ghandu jimxi id f'id mat-tishih tal-valuri li ahna l-Maltin tant konna maghrufin ghalihom. Ikun tassew hasra li wara tant xoghol mill-Gvern, tibqa tirrenja l-kultura li l-anzjan ghandu jigi mwarrab u minsi. Sewwa jekk l-anzjan jibqa go daru sew jekk dan ikun gewwa San Vincenz, l-anzjan dejjem sejjer jibqghalu rwol importanti x'jaghti. U dan ir-rwol jiggustifika l-immodernizzar li qieghed isir gewwa San Vincenz.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN