DHUL B'XEJN FIL-MUZEWIJIET U SITI STORICI
Il-Hadd, 4 ta' Marzu 2001 id-dhul fil-Muzewijiet u s-Siti storici kollha (minbarra l-Ipogew) ta' Malta u Ghawdex se jkun b'xejn ghall-familji u l-individwi Maltin u Ghawdxin kollha. Waqt ix-xahar ta' Marzu, kull nhar ta' Hadd id-dhul ikun b'xejn u wara x-xahar ta' Marzu id-dhul ikun b'xejn kull nhar l-ahhar Hadd tax-xahar.
Din l-inizjattiva tad-Dipartiment tal-Muzewijiet ser tkopri l-muzewijiet u siti storici kollha li juffurmaw parti mid-Dipartiment. L-unika eccezzjoni se jkun l-Ipogew ta' Hal Saflieni li, ghal ragunijiet logistici u ta' kontroll u ragunijiet ta' konservazzjoni, ser ikun eskluz minn din l-inizjattiva.
It-turizmu u l-attendenza ta' barranin fil-muzewijiet taghna hija biss wahda mid-dimensjonijiet kulturali ta' pajjizna. Is-sinergija li tinholoq bejn it-turizmu u l-kultura hija wahda importanti. Waqt li minn naha wahda l-muzewijiet jghinu biex jigbdu turisti lejn pajjizna, il-muzewijiet joffru ukoll perspettivi importanti tal-Kultura taghna. Il-Muzewijiet u siti storici huma ghalhekk ambaxxaturi ta' pajjizna f'pajjizna stess.
Ironikament, dawn l-attrazzjonijiet donnhom mhumiex qed ikunu apprezzati bizzejjed mill-Maltin stess.
Id-Dipartiment tal-Muzewijiet jixtieq b'mod specifiku li jolqot l-familji u t-tfal. Dipartiment jaf illi esperjenzi kulturali li jinvolvu l-familja kollha huma generalment ftit, izda huma fl-istess hin ta' importanza kbira. Dan ghaliex esperjenzi fejn genituri u tfal izuru attrazzjonijiet kulturali flimkien jiggaranitixxu certu kontinwita' u kollaborazzjoni f' qasam edukattiv tant importanti.
Esperjenzi bhal dawn jinkwadraw sew fil-kuntest ta' 'life long education' kif ukoll fil kuntest ta' diversi alternattivi ghal kif wiehed jista' jitghallem barra minn istituzzjonijiet edukattivi tradizzjonali bhal ma huma skejjel jew l-universita'.
Wiehed irid hawnhekk isemmi xi ftit mill-attrazzjonijiet importanti li ghandna. Malta ghandha 7 tempji preistorici li jifformaw parti mill-lista ta' wirt dinji tal- UNESCO. Hagar Qim, l-Imnajdra, Hal Tarxien, il-Ggantija u tempji ohrajn issa ghandhom ikunu aktar accessibli ghal Maltin. Hemm ukoll muzewijiet, bhalma huma l-Muzew Maritimu, il-Palazz ta' l-Inkwizitur, il-Katakombi ta' San Pawl u l-Villa Rumana tar-Rabat.
Id-Dipartiment tal-Muzewijiet jixtieq jaghmel stedina lill-poplu Malti biex jaghmel uzu tajjeb ta' din l-inizjattiva. Kull min dejjem xtaq izur dawn il-postijiet izda dejjem baqa' lura minhabba l-prezz tad-dhul (ghalkemm dan hu normalment baxx hafna) issa jista' jiehu din l-opportunita' u jzur il-muzewijiet kollha li jixtieq.
Hinijiet ta' ftuh u gheluq tal-Muzewijiet u siti storici f'Malta
Muzew Nazzjonali ta' l-Arkeologija, Strada Repubblika, Valletta
Muzew Nazzjonali ta' l-Arti, Triq Nofs in-Nhar, Valletta
Muzew Nazzjonali ta' l-Istorja Naturali, il-Palazz ta' Vilhena, Mdina
Muzew tal-Gwerra, Forti Sant' Iermu, Valletta
Muzew Marittimu, Vittoriosa
Ghar Dalam u Muzew, Birzebbugia
Muzew ta' Antikitajiet Rumani, Rabat
Palazz ta' l-Inkwizitur, Vittoriosa
L-Armerija, il-Palazz tal-Granmastru, Valletta.
Il-Katakombi ta' San Pawl, Rabat
It-Tempji ta' Hal Tarxien, Tarxien
It-Tempji ta' Hagar Qim u Mnajdra, Qrendi
Hinijiet ta' Dhul: Xitwa - Hdud 08.15 sa 16.15
Sajf - Hdud 07.45 sa 14.00
L-ahhar dhul 30 minuta qabel l-gheluq
Hinijiet ta' ftuh u gheluq fil-Muzewijiet u siti storici f'Ghawdex
Muzew ta' l-Arkeologija, Ic-Cittadella, Rabat, Ghawdex
Muzew tax-Xjenza Naturali, Ic-Cittadella, Rabat, Ghawdex
Muzew tal-Folklore, Ic-Cittadella, Rabat, Ghawdex
Mithna ta-Kola, Xaghra
Il-Habs l'Antik, Ic-Cittadella, Rabat Ghawdex
It-Tempji tal-Ggantija, Xaghra
Hinijiet ta' Dhul: Sena kollha - Hdud 08.30 sa 15.00
L-ahhar dhul 30 minuta qabel l-gheluq
Id-dati meta ser ikunu miftuhin: Hadd 4 ta' Marzu
Hadd 11 ta' Marzu
Hadd 18 ta' Marzu
Hadd 25 ta' Marzu
Hadd 29 ta' April
Hadd 27 ta' Mejju
Hadd 24 ta' Gunju
Hadd 29 ta' Lulju
Hadd 26 ta' Awissu
Hadd 30 ta' Settembru
Hadd 28 ta' Ottubru
Hadd 25 ta' Novembru
Hadd 30 ta' Dicembru
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN