Left arrow Mur Lura

L-ONOR. LOUIS GALEA, MINISTRU TA? L-EDUKAZZJONI, JINAWGURA X-XOGHLIJIET LI SARU FL-ISKOLA PRIMARJA TA? H?ATTARD

pr0292
Date Icon 02/03/2001

Skejjel tal-futur

Fl-ahhar snin sar hafna xoghol biex l-iskola primarja ta' H'Attard issir skola mill-isbah, li jkollha l-mezzi biex taqdi l-bzonnijiet tat-tfal fid-dawl tal-bidliet li jgib mieghu l-Kurrikulu Nazzjonali, kif ukoll biex tkun tista' taqdi l-bzonnijiet tal-komunita' lokali kif qed jizviluppaw.

L-ewwel xoghol li kien sar kien il-bini ta' kuridur biex jghaqqad it-tliet blokki mas-sala l-gdida. Dan sar biex it-tfal ikunu mistkenna l-hin kollu meta jkunu qed jimxu minn blokk ghall-iehor. Dan ix-xoghol kien beda f'Awissu ta' l-1997. F'Gunju ta' l-1998 beda x-xoghol fuq il-bini ta' sular gdid fuq ic-centru tal-kindergarten ezistenti li jkopri tmien klassijiet godda. Ix-xoghol tlesta u t-tfal bdew juzaw il-klassijiet f'April 1999.

Fl-istess hin sar il-bini ta' xaft ghall-lift li ghandu jkun installat lejn tmiem din is-sena, fil-fatt ghandha tkun ippublikata sejha ghall-offerti fi zmien qasir. Fis-sajf ta' l-1999 saret riabilitazzjoni tal-blokki ezistenti ta' l-iskola. Kienet imhaffra wkoll giebja biex jingabar l-ilma tax-xita biex dan ikun jista' jintuza ghat-tisqija. Sar ukoll xoghol estensiv ta' landscaping.

F'Awissu tas-sena 2000 tlesta x-xoghol fuq il-bini ta' sala gdida (Multi-Purpose Hall) biex tintuza ghal diversi attivitajiet kemm mit-tfal waqt il-hin ta' l-iskola kif ukoll mill-komunita' wara l-hin ta' l-iskola. Issa jonqos biss ix-xoghlijiet ta' finitura li jqumu madwar Lm 60,000.

B'kollox se jkunu ntefqu madwar nofs miljun lira fl-estenzjoni u t-tigdid ta' l-iskola ta' H'Attard biex b'hekk il-livell ta' din l-iskola ikun wiehed mill-oghla.

Il-pass li jmiss huwa li jitkabbru l-facilitajiet sportivi ta' l-iskola. Dawn il-facilitajiet jinkludu:

Football Pitch ta' qies regjonali

5-a-side Football Pitch

Basketball Court

Zewg Tennis Courts

Gymnasium li jista jintuza ghal: badminton, indoor tennis, netball, volleyball, basketball u ginnastika. Il-gymnasium fih ukoll squash court, post ghal zewg imwejjed tat-table tennis, changing rooms u stores.

Il-facilitajiet sportivi kollha se jkunu totalment accessibli ghal dawk bi bzonnijiet specjali. Bil-hsieb li dawn il-facilitajiet jintuzaw kemm mit-tfal kif ukoll mill-komunita ta' H'Attard, se jsir floodlighting biex il-post jista' jintuza anke filghaxija.

Biex ix-xoghol fuq dawn il-facilitajiet ikun jista' jibda, giet ippreparata sejha ghall-offerti mill-perit tal-Kunsill Lokali. Ix-xoghol mehtieg se jsir permezz tal-fondi tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u taht is-supervizjoni tal-Kunsill Lokali ta' H'Attard. Wara li x-xoghol jitlesta, il-Kunsill Lokali se jiehu hsieb it-tmexxija ta' dawn il-facilitajiet sportivi bhala parti mill-process ta' devoluzzjoni.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea waqt zjara li ghamel fl-iskola fahhar l-inizjattiva li qed tittiehed bejn il-Kunsill Lokali u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ghall-gid tat-tfal u l-komunita' ta H'Attard. Hu qal li l-Gvern hu kommess li fis-snin li gejjin jonfoq madwar Lm 60 miljun biex l-iSkejjel ta' l-iStat kollha ta' Malta jkunu tal-livell mehtieg skond il-Kurrikulu Nazzjonali.

Il-Ministru qal li diga' sar studju preliminari, skola b'skola, ta' x'inhuma l-bzonnijiet ta' l-iSkejjel ta' l-iStat. L-iskejjel gew ikklassifikati f'oqsma differenti.

Dawk l-iskejjel li huma tajbin u li bi ftit xoghol jistghu jilhqu l-livell mixtieq.

Dawk l-iskejjel li jehtiegu xoghol estensiv.

Dawk l-iskejjel li ghandhom bzonn jinbnew mill-gdid.

Dawk l-iskejjel li jridu jinbnew mill-gdid u f'sit differenti.

L-istudju qed ihares ukoll lejn il-bidliet demografici u kif dawn il-bidliet se jaffetwaw id-domanda ghall-facilitajiet edukattivi, inkluz il-htiega ta' skejjel godda.

Il-Ministru temm jghid li l-iSkola ta' H'Attard hi ezempju tajjeb ta kif l-iskejjel taghna iridu jkunu fil-futur qrib, mhux biss fis-sens estetiku izda wkoll mill-lat tal-kwalita' ta' l-esperjenza edukattiva u tas-shubija bejn l-iskola u l-komunita' biex kulhadd igawdi ir-rizorsi kbar li jezistu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow