DISKORS TA? L-ONOR. JOE BORG, MINISTRU TA? L-AFFARIJIET BARRANIN, WAQT IL-KONFERENZA DWAR "FHIEX WASLU N-NEGOZJATI", ORGANIZZATA MIC-CENTRU TA? INFORMAZZJONI MALTA-UE
Huwa l-pjacir tieghi llum li nitkellem f'din il-konferenza li qed tkun organizzata mic-Centru ta' Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea biex naraw fhiex wasal il-process tan-negozjati. Kwazi sentejn ilu – biex inkun ezatt, fis-17 ta' Frar, 1999 - il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat opinjoni aggornata dwar l-applikazzjoni ta' Malta ghal shubija fl-Unjoni Ewropea. F'din l-opinjoni aggornata, il-Kummissjoni Ewropea tat il-parir biex jinbeda l-process ta' screening bil-hsieb li jwassal ghall-ftuh tan-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea kmieni fis-sena 2000. F'din l-istess gurnata ta' Frar ta' l-1999, il-Prim Ministru kien tkellem waqt il-konferenza annwali tal-Federazzjoni ta' l-Industrija u dakinhar kien habbar pubblikament il-holqien ta' strutturi li llum jaghmlu parti mill-process tas-shubija, bhalma huma l-Malta-EU Steering and Action Committee, maghrufa fil-qosor bhala MEUSAC; il-MIC innifsu, li gentilment ghogbu jistedinna ghal din il-konferenza; u l-ACT, li huwa l-kumitat li jghin fil-kordinament tal-fondi li jigu mill-Unjoni Ewropea.
F'dan iz-zmien qasir ta' sentejn sehhew kisbiet kbar. Il-process ta' screening sar fuq kull wiehed mid-29 kapitlu ta' l-Acquis Communautaire. F'dan il-process, ‘team' ta' esperti Maltin flimkien ma' esperti mill-Kummissjoni Ewropea flew il-ligijiet Maltin u dawk ta' l-Unjoni Ewropea biex jaraw sa fejn Malta kienet dig'? konformi ma' l-Unjoni, u fejn kien ghad hemm xoghol xi jsir; in-negozjati bdew fuq 17-il kapitlu ta' l-Acquis Communautaire u 12 minnhom diga` inghalqu provizorjament; il-pozizzjoni ta' Malta fuq 11-il kapitlu tinsab finalizzata u dig'? nghatat lill-Unjoni Ewropea; il-MEUSAC iddiskuta, emenda u approva d-dokumenti tal- iscreening u dawk tan-negozjati fuq dawn il-kapitli kollha. Mal-Unjoni Ewropea ergajna stabbilejna lilna nfusna bhala msiehba kredibbli fil-process tas-shubija, mhux biss fuq livell politiku, imma wkoll bis-sahha tal-kwalit'? gholja fix-xoghol tekniku li qed jaghmlu l-esperti taghna.
Nista' nghid li twettaq hafna xoghol u huwa pozittiv li nara f'din il-konferenza hafna nies li jixtiequ jkabbru l-gharfien taghhom dwar il-process ta' shubija. Huwa pozittiv ghalina li nkunu nafu fejn ninsabu u nezaminaw hidmietna biex inkunu nistghu ntejbuha. Imma filwaqt li qed nitkellmu dwar il-kapitli, dawk miftuha u l-ohrajn li nghalqu, dwar il-legislazzjoni li qed tkun emendata jew introdotta, dwar l-istrutturi li qed jitwaqqfu jew li qed jitjiebu, ippermettuli, ghal ftit waqtiet, naghmel pass lura mill-process u nistaqsi mistoqsija bazika – ghaliex Malta ghandha tissieheb fl-Unjoni Ewropea? Hija t-twegiba, jew huma t-twegibiet, ghal din il-mistoqsija li jinsabu fil-qalba tal-hidma taghna.
L-objettiv primarju ta' kull gvern huwa li jtejjeb l-ghixien tal-poplu tieghu billi jghix fil-paci u bi prosperit'? akbar. Biex jinkiseb dan l-objettiv ghandu jkun hemm process kostanti ta' zvilupp nazzjonali – b'edukazzjoni aktar mifruxa, innovazzjoni, qafas legislattiv li jaghti kaz l-izviluppi moderni, ambjent fin-negozju biex jinholoq il-gid, u sistema socjali li tassigura li kulhadd ikollu s-sehem tieghu minn dak il-gid. Ahna, bhala pajjiz zaghzugh, irnexxielna li fi zmien qasir ta' inqas minn erbghin sena mill-kisba ta' l-indipendenza nibnu ekonomija li ghenitna nibqghu fuq saqajna u li waslitna biex pajjizna jsir membru rispettat u kulma jmur isir aktar prosperu fil-komunit'? internazzjonali. Kif nistghu nzommu u naccelleraw dan il-progress f'dinja li qed issir dejjem aktar kompetittiva?
L-izvilupp kontinwu ta' Malta f'pajjiz li huwa aktar miftuh u kompetittiv, bi kwalit'? ta' hajja li dejjem aktar titjieb ghac-cittadini, huwa l-mira li ahna lkoll inhaddnu flimkien. Id-direzzjoni strategika wiesgha lejn Malta iktar kompetittiva u inqas insulari b'rabta eqreb mal-girien Ewropej taghha hija direzzjoni li dwarha jista' jinghad li hawn qbil wiesgha nazzjonali. L-amministrazzjoni ta' qabel dik prezenti emmnet li t-twaqqif ta' Zona ta' Kummerc Industrijali Hieles ma' l-Unjoni Ewropea kienet se tkun l-iktar mezz effikaci biex il-pajjiz jimxi f'din id-direzzjoni. Mill-banda l-ohra l-Gvern prezenti, li jien naghmel parti minnu, jemmen li dawn il-passi krucjali li jmiss fl-izvilupp nazzjonali taghna jkun l-ahjar li jsiru fil-kuntest ta' shubija fl-Unjoni Ewropea.
Ghaliex?
Ghal zewg ragunijiet principali. L-ewwelnett, is-shubija fl-Unjoni Ewropea tista' titqies bhala mira li ghandha valur fiha nnifisha. Hija turija konkreta tal-vokazzjoni Ewropea ta' Malta; hija turija ta' kemm pajjizna jassocja ruhu mal-gabra vasta u sofistikata ta' twemmin, ligijiet u proceduri li twaqqfu fuq principji li ahna bhala poplu nappoggjaw u nghozzu: principji bhalma huma d-demokrazija, il-harsien tal-ligi u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem; it-tehid ta' decizjonijiet li jwasslu biex ikun hemm ftehim u koperazzjoni bejn in-nazzjonijiet; is-solidarjet'? li tassigura biex tigi mtejjba dejjem aktar il-qaghda ta' dawk batuti ekonomikament u socjalment; u s-sussidjarjet'?, il-principju li konsistentement ihaddem dan il-Gvern, biex kemm jista' jkun id-decizjonijiet jittiehdu fil-livell l-iktar vicin tac-cittadin.
Shubija fl-UE, allura, hija pass importanti fih innifsu, ghax jghaqqad l-impenn profond tal-pajjiz taghna ma' dawn il-principji fundamentali u ohrajn simili.
Hawn nigi ghat-tieni raguni. Shubija twassal biex il-pajjiz jibbenifika f'diversi modi li permezz taghhom jinholqu u jissahhu sinergiji konkreti mal-process ta' l-izvilupp nazzjonali taghna.
Kemm-il darba tkellimna dwar dawn il-beneficcji, imma nhoss li jkun tajjeb li ghal darb'ohra nerga' nsemmihom. Shubija fl-Unjoni tassigura li l-ftuh ta' l-ekonomija taghna ma jsirx f'vakum, imma f'kuntest ta' firxa wiesgha ta' programmi li jistghu jghinu biex l-industrijalisti lokali u l-haddiema tal-gvern igawdu mill-ksib ta' informazzjoni u hila teknika. Shubija tghaqqadna ma' sistema vasta li tippermetti lill-kumpaniji taghna biex jaqsmu taghrif ma' haddiehor, iwaqqfu alleanzi u jithalltu ma' kumpaniji ohra bhalhom fl-Unjoni Ewropea. In-negozji zghar taghna jkunu jistghu wkoll jibbenefikaw minn lista twila ta' regoli li qeghdin hemm biex jaghtuhom protezzjoni u jissimplifikaw l-ambjent li jahdmu fih.
Dan ifisser ukoll li ahna nibbenefikaw minn fondi strutturali u fondi ohra li nkunu eligibbli ghalihom mas-shubija fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-fondi jghaddu direttament fil-finanzjament ta' progetti mahluqa apposta biex jassiguraw li l-kompetitivit'? u l-produttivit'? taghna u, fl-ahhar mill-ahhar il-kwalit'? tal-ghixien taghna nfusna, ikomplu jsiru jixbhu aktar lil dawk li hemm fil-pajjizi Ewropej l-aktar zviluppati.
Konsegwenza ohra ta' shubija tkun li l-pajjiz taghna jattira aktar lill-investitur internazzjonali. Shubija fl-Unjoni Ewropea tibghat sinjal lill-investitur li l-pajjiz igawdi minn stabbilit'? fit-tul kif ukoll minn access garantit u hieles minn kull xkiel ghal suq ghani u enormi, kif ukoll access ghal haddiema Maltin, li barra li huma mharrga u kompetenti, huma wkoll familjari sew u jafu tajjeb l-istandards u l-aspettattivi tas-suq Ewropew.
L-istudenti taghna jkunu jistghu jiehdu sehem bi dritt fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea u li jistudjaw f'universitajiet Ewropej bl-istess drittijiet bhac-cittadini ta' pajjizi ohra ta' l-Unjoni Ewropea. Iz-zghazagh taghna jibbenefikaw minn tahrig specjalizzat u programmi ta' skambji kif ukoll zieda fl-opportunitajiet ta' xoghol.
Is-sajjieda jkunu jistghu jbieghu l-qabdiet tal-hut taghhom fl-Unjoni Ewropea minghajr ma jkollhom ihallsu t-tariffi li llum qed ixekkluhom. Il-bdiewa jiksbu fondi godda, teknologija, investiment u titjib fis-settur taghhom. Ghalkemm ghad hemm certa ncertezza fost min jahdem fis-settur tal-biedja, il-Gvern huwa determinat li bl-ghajnuna ta' l-istess bdiewa li jinnegozja pakkett li jissalvagwardja il-biedja Maltija, u jtejjeb il-qaghda tal-bidwi u rahhal Malti. Sakemm naslu ghall-pakkett finali, il-bdiewa taghna jridu jzommu f'mohhhom fatt krucjali wiehed – li l-Unjoni Ewropea dejjem tat valur gholi lill-bdiewa taghha, u permezz tal-politika taghha assigurat li l-biedja tiffjorixxi u timxi 'l quddiem. Ahna certament se nassiguraw li jsir l-istess.
Il-konsumaturi taghna jibbenefikaw minn livelli oghla ta' harsien u standards gholja li jipprovdu l-ligijiet Ewropej. Il-kwalit'? tal-ghixien taghna tizdied bi standards oghla ambjentali li ahna dig'? qed nahdmu biex indahhlu fil-pajjiz. Wara s-shubija ahna niksbu fondi u appogg minn l-Unjoni Ewropea biex dan il-process ta' titjib ta' standards ambjentali ikompli miexi dejjem 'il quddiem.
Il-vuci taghna fix-xena internazzjonali tissahhah u l-isforzi taghna biex immexxu 'l quddiem il-paci, l-istabbilit'? u l-prosperit'? fil-Mediterran ikunu imzewqin bis-shubija taghna. Dan dig'? kiseb gharfien u kien apprezzat mill-pajjizi shab kollha taghna fil-Mediterran. B'shubija Malta fl-ahhar ikollha vuci fil-fora ta' l-Unjoni Ewropea fejn jittiehdu hafna mid-decizjonijiet li dig'? qed jaffettwawna profondament. Shubija, allura, mhijiex biss ghan fih innifsu - espressjoni ta' l-identit'? taghna – imma twassal ukoll ghal numru kbir ta' beneficcji li jghinu lill-pajjiz f'diversi modi u jhaffulu l-izvilupp tieghu.
Imma, shubija fl-Unjoni Ewropea hija l-unika soluzzjoni? M'hemmx toroq ohra li nistghu nesploraw bhala stat? Ahna zguri li din hija l-ahjar ghazla ghal Malta?
Ghalhekk x'inhuma l-ghazliet li hemm barra s-shubija fl-Unjoni Ewropea? Ahna lkoll naqblu li l-ghazla li wiehed ma jaghmel xejn mhijiex alternattiva vijabbli f'dinja li qed timxi daqshekk b'pass mghaggel. Li nibqghu kif ahna jfisser li nistagnaw, u li tistagna tfisser li bil-mod il-mod issir irrelevanti. X'uhud issuggerew li ahna jmissna nimmiraw biex inkunu centru finanzjarju ghal kumpaniji offshore. Mill-banda l-ohra l-Partit Laburista qed jghid li ahna ghandna nahdmu biex niksbu xi forma ta' relazzjoni specjali ma' l-Unjoni Ewropea – Svizzera fil-Mediterran. Terga', ohrajn qed jghidu li shubija fl-Unjoni Ewropea tista' xi darba tkun l-ahjar ghazla ghal Malta, imma mhux ghal issa, mhux daqshekk malajr.
Ejjew nikkunsidraw kull wahda minn dawn l-alternattivi.
Filwaqt li ghall-ewwel tidher li hija tajba, l-idea ta' Malta bhala centru tal-kumpaniji offshore mill-ewwel titlef l-attrazzjoni taghha iktar ma wiehed jifliha sew. Il-komunit'? internazzjonali qed issir dejjem iktar bla pacenzja ma' pajjizi li ghandhom qafas finanzjarju u legislattiv laxk li bih qed jaghmluha iktar facli biex il-profitti miksuba mill-kriminalit'? organizzata jidhlu fic-cirkulazzjoni legali. Anki jekk, bhala nazzjon, irridu dawn it-tip ta' fondi li jkunu d-dhul principali tal-gid taghna, l-azzjoni li hadet dan l-ahhar l-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali ohrajn ghamluha cara li ahna nispiccaw inkunu dejjem aktar izolati u mwarrba jekk niehdu din it-triq. Malta ddecidiet li ma taghzilx li tkun centru "offshore" u nahseb li hafna minna jaqblu li din kienet decizjoni ghaqlija.
U xi nghidu dwar is-slogan ta' Malta bhala Svizzera fil-Mediterran? Diversi kelliema ppruvaw ifassluh f'modi differenti izda hadd ma ghadu spejgah sew. Fil-qalba tieghu, izda, dan l-islogan jidher li huwa mibni fuq sensiela ta' ftehim bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li jkunu jinkludu zona ta' kummerc industrijali hieles. Ghal darba'ohra, din l-idea ghall-ewwel tidher attrajenti: li tipprova tikseb il-beneficcji kollha ta' shubija minghajr ma terfa' l-prezz taghhom. Ghaliex din l-ghazla mhix fattibli? L-ewwelnett ghaliex irid ikun car f'mohh kulhadd li l-beneficcji kollha ta' shubija jistghu jitgawdew biss permezz ta' shubija. It-tieninett ghaliex l-Unjoni ma jkollha assolutament ebda nteress li tinnegozja dawn il-ftehim minghajr ma tiddetermina hija stess liema oqsma se jkunu koperti. L-Unjoni Ewropea dig'? ndikat lill-amministrazzjoni Laburista li kull ftehim ta' kummerc hieles li ma jkollux fih il-biedja jkun qed imur kontra r-regoli ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc, (il-WTO). Jekk dan ma kienx car bizzejjed, il-Kummissarju Ewropew Guenter Verheugen kien iktar minn car meta, waqt zjara f'Malta dan l-ahhar, qal li ma tezisti ebda Ewropa li minnha tkun tista' taghzel li jaqbillek u twarrab li ma jaqbillekx. Verheugen zied jghid li fi kliem iehor ma jistax ikollok Ewropa a` la carte.
U xi nghidu ghat-tielet ghazla li xi kultant tissemma, cioe` dik li shubija tista' xi darba tkun ta' beneficcju ghal Malta, imma mhux ghalissa u li ghalhekk m'hemmx ghalfejn inhaffu daqshekk. Dawn il-proponenti isostnu li ahna ghandna naghmlu r-riformi mehtiega skond il-pass taghna u possibilment nissiehbu fl-Unjoni Ewropea "meta jkun il-waqt". Ghal darb'ohra, din hi pozizzjoni li tidher li hija wahda ragunata. Izda meta tkun miflija sew jinstab li iktar ma wiehed jistenna biex jissieheb, iktar se tkun difficli s-shubija. Dan ghaliex il-korp ta' ligijiet li jkun irid jigi negozjat ikompli jespandi filwaqt li jizdiedu l-pajjizi, li l-interessi taghhom ikunu jridu jitharsu, li jkunu sadanittant saru membri . Aktar importanti minn hekk, illum tezisti tieqa ta' opportunit'? li tinsab miftuha u l-Unjoni Ewropea ghandha r-rieda politika li tespandi. Ahna ghalhekk ninstabu issa f'qaghda tajba li naghmlu parti minn din l-espansjoni. Pero' jekk jintilef dan ic-cans iridu jghaddu hafna snin sakemm jerga' jkun hemm cans iehor bhalu. Dawn ikunu snin li fihom ma nkunux nistghu ngawdu l-beneficcji ta' shubija, ikunu snin li matulhom ahna nisfghu izolati fuq it-trufijiet ta' l-Ewropa flok ma nkunu membri ugwali tal-familja Ewropea.
Ir-realt'? hija li m'hemm ebda alternattiva ghal Malta li thabbatha mal-beneficcji li shubija tista' ggib. L-ebda alternattiva mhi mixja naturali ‘l quddiem ghall-izvilupp nazzjonali taghna daqskemm hi shubija fl-Unjoni Ewropea.
Bhall-affarijiet kollha tajbin shubija mhijiex facli. Shubija tinhtieg hidma ntensa. Hidma ntensa ghas-Servizz Pubbliku, li qed jahdem bla heda u b'rizultati eccellenti, biex isiru r-riformi mehtiega, jithejjew il-ligijiet bzonnjuzi, u biex jinbnew l-istrutturi amministrattivi mehtiega. Shubija tfisser hidma ntensa ghall-membri parlamentari taghna, li qed ikollhom jattendu hafna aktar seduti fil-gimgha u jiehdu sehem f'dibattiti biex ikun assigurat li l-ligijiet kollha mehtiega jghaddu mill-Parlament. Shubija tfisser hidma ntensa ghall-korpi kostitwiti, li qed jiehdu sehem u jikkontribwixxu f'kull pass tal-process tas-shubija filwaqt li qed jahdmu halli jassiguraw li l-membri rispettivi taghhom jkunu jafu sew b'dak kollu li jkun ghaddej. Shubija hija wkoll hidma ntensa ghas-settur privat hekk kif qed jistinka halli jgwadi mill-ahjar li jista' mill-opportunitajiet godda li hemm miftuha ghalih.
Sinjuri
Quddiemna ghandna opportunit'?. Sentejn ilu l-elettorat, b'determinazzjoni qawwija ta lil dan il-gvern mandat car biex jinnegozja shubija fl-Unjoni Ewropea. Jien nittama li din il-Konferenza wriet kemm ahna qed nesegwu b'hegga dan il-mandat. Fis-sentejn li gejjin nittamaw li nkunu nistghu nghaddu lill-elettorat ir-rizultati ta' dawn in-negozjati biex l-istess elettorat jiehu d-decizjoni finali. Jien ninsab konvint li l-poplu Malti jerga' jaghti l-istess mandat car, jekk mhux iktar car ukoll, biex ahna nissiehbu fl-Unjoni Ewropea skond il-pakkett li nkunu nnegozjajna.
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN