STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI
Il-Kunsilliera Laburisti fil-Kunsill Lokali ta' Bormla għażlu li jappo''jaw lis-Sindku Pawlu Muscat fil-każ tal-pro'ett ta' Triq Daħlet it-Tliet Ibliet. Bid-deċiżjoni tagħhom il-Kunsilliera Laburisti, ħafna bogħod mill-galbu, serjet'? u dixxiplina fl-amministrazzjoni tal-finanzi, għażlu li japprovaw il-ksur ta' li'ijiet u regolamenti finanzjarji. Dawn l-akkużi 'ew ikkonfermati kemm mis-Sindku ta' Bormla, kif ukoll mill-Kordinatur tal-KRK Ray Bondin, f'żew' stqarrijiet separati li ħar'u aktar kmieni il-bieraħ.
Kien is-Sur Pawlu Muscat li ikkonferma fl-istqarrija tiegħu li l-pro'ett sewa iktar minn Lm14,000. Skond il-li'i tal-Kunsilli Lokali xogħol ta' dan il-valur jitlob li jkun hemm proċedura li tinkludi sejħa għal tender. Dan ma sarx. Apparti dan, il-kuntrattur bagħat il-kwotazzjoni għal dan ix-xogħol lis-Sur Pawlu Muscat fil-kapaċit'? tiegħu ta' Sindku ta' Bormla.
Il-Ko-ordinatur tal-KRK Ray Bondin, minn naħa tiegħu, tenna li l-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera, qabel li jissusidja Lm2,500 minn dan il-pro'ett u iktar minn hekk ikkonferma li l-pro'ett kien tal-Kunsill Lokali Bormla tant li o''ezzjona li fit-tabella tal-pro'ett jkun hemm isem il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera.
Is-sitwazzjoni preżenti fil-Kunsill Lokali ta' Bormla hija serja ħafna. '?aldaqstant id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali kiteb lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Bormla u lis-Sindku fejn infurmahom li minn naħa tagħhom ma jistawx jawtoriżżaw pagamenti relatati max-xogħol tal-pro'ett ta' Triq Daħlet it-Tliet Ibliet.
Barra minn dan, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qiegħed jikkonsidra x'passi ser jieħu fil-konfront tal-Kunsill Lokali ta' Bormla, wara li dawn tilfu l-opportunita li jirregolariżżaw il-pożizzjoni tagħħom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN