STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI: KONFERMA LI S-SINDKU TA? BORMLA KISER LIĠIJIET U REGOLAMENTI FINANZJARJI
L-istqarrija ta' llum tas-Sur Pawlu Muscat, s-Sindku tal-Kunsill ta' Bormla (Press Release No 4/2001) kif ukoll dik tas-Sur Ray Bondin l-Ko-ordinatur tal-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera (tal-lum 27 ta' Frar 2001), jikkonfermaw bis-sħiħ li s-Sur Pawlu Muscat, Sindku ta' Bormla, kiser il-li'ijiet u r-regolamenti finanzjarji fit-twettiq tal-pro'ett tal-Kunsill Bormliż dak magħruf bħala tad-Daħla tat-Tliet Ibliet.
Fl-istqarrija tiegħu s-Sindku ta' Bormla Pawlu Muscat, ammetta li l-valur tax-xogħol kien ta' iktar min Lm14,000 valur li minghajr ebda dubju hemm bżonn tender għalih.
Mid-dokumentazzjoni u miż-żew' stqarrijiet imsemmija hawn fuq jidher ċar li għal dan il-pro'ett tal-Kunsill ta' Bormla la saret sejħa għal-offerti u lanqas inħare' tender. Jidher ukoll li l-kwotazzjoni li għamel il-kuntrattur saret u kienet indirizzata lis-Sur Pawlu Muscat fil-kapaċit'? tiegħu ta' Sindku ta' Bormla meta għall-istess pro'ett qatt ma kien hemm approvazzjoni minn naha tal-Kunsill Lokali tiegħu.
Huwa talab l-għajnuna ta' l-KRK li minn naħa tiegħu intrabat li ser jikkontribwixxi Lm2,500 biss kif jirriżulta minn ittra li ntbaghtet lilu.
Id-dokumenti kollha u l-istqarrijiet imsemmija jikkonfermaw li l-kuntrattur 'ie mqabbad direttament mis-Sindku ta' Bormla, s-Sur Pawlu Muscat. Jidher ċar li x-xogħlijiet kollha konnessi ma' dan il-pro'ett tmexxew minn Pawlu Muscat. L-istess KRK talab li ismu jitneħħa minn fuq it-tabella li twaħħlet fis-sit.
'?alhekk, minkejja il-logħob bil-kliem u t-tgħawwi' tal-fatti ta' Pawlu Muscat, m'hemmx dubju li Pawlu Muscat kiser il-li'i, kif ukoll ir-regolamenti finanzjarji. Dan seta' sar mingħajr ma' l-Kunsilliera kienu jafu li qed ji'ri peress li setgħu ħadu l-impressjoni żbaljata mis-Sindku li l-pro'ett kien tal-KRK. '?aldaqstant, il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali jer'a' jisħaq li hija r-responsabilt'? ta' min għandu l-ma''oranza fil-Kunsill Lokali ta' Bormla li jiċċensuraw l-a'ir illegali tas-Sindku u jiżguraw li ma jsirux pagamenti kontra l-li'i.
Il-Kunsilliera ta' Bormla għandhom l-opportunit'? li jirregolariżżaw il-pożizzjoni tagħhom u jiżguraw li ma jsirx aktar ksur tal-li'i fil-laqgħa li issejjħet b'ur'enza illejla mis-Sur Pawlu Muscat stess.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN