DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI L-ONOR. EDWIN VASSALLO FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-?FURNITURE AND INTERIORS FAIR? 27 TA? FRAR 2001
Huwa ta' sodisfazzjon għalija li qiegħed ninawgura din l-attivit'? kummerċjali. Niftakar li meta kont mistieden biex ninawgura l-ewwel fiera, kont għamilt diskors li fih iddeskrivejt f'hiex għandha tkun tikkonsisti l-ħidma tiegħi. Din il-ħidma 'iet imfassla u żviluppata fi programm ta' ħidma li ppubblikajt fil-bidu ta' din is-sena bit-titlu ‘Kompetittivit'? b'Innovazzjoni'.
Inħossni sodisfatt b'dan il-programm ta' ħidma, għaliex urejna li bħala Gvern fhimna mill-ewwel x'għandu jkun l-impenn tagħna biex inkunu t'għajnuna għas-settur kummerċjali. Is-settur tal-manifattura ta' l-għamara huwa fost l-iżjed setturi kummerċjali li huma vulnerabbli u li jeħtie' l-għajnuna. F'dan is-settur qegħdin kontinwament naraw interess partikolari kif ukoll eżerċizzju ta' ristrutturar li jwassalna nifhmu aħjar prijoritajiet 'odda.
Il-ħidma li qegħdin inwettqu b'risq ambjent aħjar fejn is-settur kummerċjali jkun jista' jaħdem bl-inqas tfixkil possibbli għandha tgħin biex tkun żviluppata kultura fejn is-settur kummerċjali jkun stmat u mgħejjun jaħdem aħjar. Dan kollu qiegħed isir bil-ħsieb li nwasslu lis-settur kummerċjali, speċjalment dak tal-manifattura, biex jifhem aħjar li ma jistax jikkompeti jekk ma jkunx innovattiv. Din il-ħidma wasslitna wkoll biex inkunu preparati għall-proċess tat-tħejjija għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea. '?alhekk inħossni ppreparat biex nipparteċipaw f'eżerċizzju li l-istess Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel sabiex effettivament tara x'hinu l-ambjent fejn jaħdem is-settur kummerċjali tal-pajjiżi applikanti, inkluż dak ta' Malta.
L-Unjoni Ewropea qed tniedi eżerċizzju mall-pajjiżi applikanti fuq Rapport li jimplimenta Pjan ta' '?idma bl-iskop li jippromwovi l-Intrapriża u l-Kompetittivit'? (Action plan to Promote Entrepreneurship and Competitiveness). Dan bil-ħsieb li Enterprise DG li huwa d-direttorat fuq il-Qasam ta' l-Intrapriża fl-Unjoni Ewropea jkun f'pożizzjoni li jirraporta x'inhi l-pożizzjoni tal-pajjiżi applikanti biex jimplimentaw dak li hu magħruf bħala l-programm BEST (il-Business Environment Simplification Task Force). Din l-inizjattiva li di''? twettqet mal-pajjiżi membri, tippromwovi programm ta' ħidma biex ikunu magħrufa l-aħjar prattiċi f'pajjiżi membri f'diversi oqsma u proċeduri li jissimplifikaw u jmexxu 'l quddiem mentalit'? u ħidma imprenditorjali li tgħin lis-settur kummerċjali jirbaħ l-isfidi tal-kompetizzjoni u joħloq l-impjiegi.
'?al dawn l-aħħar snin, l-Enterprise DG żviluppa djalogu mal-Pajjiżi Applikanti fl-oqsma ta' politika imprenditorjali (Enterprise Policy) fejn partikolarment dejjem 'iet indirizzata l-ħtie'a li fil-pajjiżi rispettivi għandu jkun hemm titjib u simplifikazzjoni fl-ambjent li fih isir il-kummerċ. Dan id-djalogu ilu għaddej mill-1998 permezz ta' diversi forums u laqgħat speċjalizzati.
F'dan ir-rigward l-uffiċċju tiegħi ilu għal dan l-aħħar xhur f'kuntatt ma' l-Enterprise DG u issa qed inħejju biex ma' l-istess Direttorat nipparteċipaw fi programm ta' ħidma li proprju għandu jwassal biex f'pajjiżna nkunu f'pożizzjoni li naħdmu fuq il-pjan magħruf bħala best action plan jew aħjar CC Best.
Huwa magħruf li l-pajjiżi applikanti rrispondew pożittivament għal din l-inizjattiva għax din isservi tajjeb biex kull pajjiż applikant jippromwovi ħidma li għandha tgħin lis-settur kummerċjali jkun mogħti prijorit'? fil-pajjiż rispettiv.
Huwa ta' sodisfazzjon għalija li f'dan ir-rigward l-uffiċċju tiegħi li ser ikun f'kuntatt mal-Enterprise DG. Permezz ta' din il-ħidma ser ikollna opportunit'? oħra li permezz tagħha nistgħu nfiehmu l-importanza ta' su''etti li issa ilna żmien nitkellmu dwarhom. L-oqsma li ser ikunu analizzati f'dan l-eżerċizzju jittrattaw dawn is-setturi:-
Edukazzjoni għal soċjet'? imprenditorjali (Education for an enterpreneurial society).
Taħri' Imprenditorjali (Training).
Aċċess għall-Finanzi ( Access to Finance).
Aċċess għar-riċerka u l-innovazzjoni (Access to Research and Innovation).
'?arfien akbar dwar l-entitajiet li joffru għajnuna lis-settur kummerċjali (Improve Visibility of Support Services).
Titjib fil-qasam ta' l-amministrazzjoni pubblika b'risq l-SMEs (Better Public Administration).
Titjib fil-qasam tax-xogħol u l-impjiegi fis-settur kummeċjali (Improve Employment and Working Conditions).
Dawn l-oqsma bdejna naħdmu fuqhom u di''? wasslu biex isiru emendi fi proċeduri, emendi f'li'ijiet, flimkien ma' eżerċizzju ta' ristrutturar f'Dipartimenti Governattivi. Dawn kollha qed iwasslu biex itejjbu l-ambjent u ċ-ċirkostanzi li fihom jista' jaħdem is-settur tal-manifattura. Dan l-aħħar rajna il-Business Promotion Act ti'i approvata mill-Parlament li proprju wasslet biex inneħħu provedimenti li kienu jiżvanta''jaw il-manifattura lokali minn dik barranija li ti'i taħdem f'pajjiżna. Stabbilixxejna organizzazzjoni ta' servizzi fi ħdan il-Commerce Division li għandha tkun l-istruttura li taħdem biex twie'eb għal dawn l-obligazzjonijiet 'odda li l-Gvern daħal għalihom mas-Settur Kummerċjali, biex jara li jgħin lis-settur kummerċjali żgħir kemm hu żgħir jaħdem bl-inqas tfixkil possibbli.
Dan l-eżerċizzju ser ikun ta' għajnuna biex igħinna nifhmu aħjar li d-deċiżjoni ta' pajjiżna għas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea hija deċiżjoni li fl-aħħar mill-aħħar għandha tiswa ta' 'id għas-settur kummerċjali tagħna. Dan huwa l-impenn tagħna li ser inkomplu nsaħħuh fil-'ejjieni. Nawgura li dawk kollha nvoluti jifhmu li jekk tassew irridu nikkompetu m'hemmx alternattiva għas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN