Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. MICHAEL REFALO, MINISTRU TAT-TURIZMU, FL-OKKAZJONI TAL-LAUNCH TAL-QUALITY SERVICE CHARTER GHALL-INSTITUTE OF TOURISM STUDIES

pr0267
Date Icon 27/02/2001

Huwa pjacir tieghi llum nassisti ghal din l-okkazjoni li fiha qed jigi mniedi l-ewwel Quality Service Charter fi hdan il-Ministeru tat-Turizmu.

Il-Ministeru tat-Turizmu jwettaq hidma kontinwa fi sfond ta' swieq li qeghdin jinbidlu, u li ghalhekk ipoggu quddiemna sfidi dejjem godda. Izda bil-hidma u koperazzjoni ta' kulhadd, il-Ministeru, kif ukoll is-settur turistiku Malti, qed jirnexxilhom jilqaw dawn l-isfidi.

Huwa ta' sodisfazzjon li nhabbar li, ghal dak li ghandu x'jaqsam mas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru tat-Turizmu wettaq hafna minn dak li hu mistenni minnu bi thejjija ghaz-zmien meta Malta tiehu l-post li jixirqilha fi hdan l-Unjoni Ewropea.

Tfasslet u giet pubblikata legislazzjoni kemm dwar Package Travel kif ukoll dwar Timeshare, it-tnejn li huma mibnija fuq id-direttivi li jorbtu l-istati msehbin fl-Unjoni Ewropea. It-tnejn li huma jiffukaw fuq il-protezzjoni li tehtieg tinghata lill-konsumatur. Ghadna ma gibniex il-legislazzjoni fis-sehh sew biex naghtu lis-settur zmien ihejji ghat-twettieq taghha kif ukoll l-opportunit'? lil min hu nvolut li anke f'dan l-istadju jressaq suggerimenti li nkunu nistghu ndahhlu.

Bi sforzi tal-Ministeru wkoll, gie miksub finanzjament taht ir-Raba' Protokol Finanzjarju bejn Malta u l-Unjoni Ewropea biex ikun jista' jsir stharrig dwar l-impatt, pozittiv jew negattiv, li jista' jkollha s-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-aktar f'zewg setturi:

Dwar kif tista' tintlaqat il-professjoni tal-gwidi turistici Maltin - u qed isir ukoll assessment dwar il-livell ta' servizz ta' tourist guiding offrut mill-gwidi lokali; u

Dwar kif jistghu jintlaqtu l-SMEs - small and medium enterprises - fil-qasam turistiku, b'mod partikolari dawk fis-setturi tal-lukandi u agenziji ta' l-ivvjaggar.

Ghal dan il-ghan gew Malta wkoll tliet gruppi ta' professjonisti fil-qasam taghhom li kellhom laqghat ma' kull min huwa interessat f'dan il-kamp. Ir-rapport finali huwa mistenni jitlesta sa April li gej. Dan ir-rapport ser ikun siewi ghalina biex nithejjew ahjar u naghmlu t-tibdiliet amministrattivi jew legislattivi, skond il-kaz, u b'hekk naghtu aktar harsien u servizz lill-konsumatur.

Huwa biss b'dan il-livell ta' thejjija li ahna nsahhu dak li ghandna llum u nkunu nistghu dejjem intejbuh.

Is-sena 2000 kienet ghal darb'ohra sena rekord, bl-ghadd ta' turisti li zaru Malta jammonta ghal 1,215,713. Flok is-sena negattiva li kien hemm min haseb li ser tkun, fil-fatt irrizulta bil-maqlub. Hekk ukoll gara fit-turizmu mill-Ingilterra, fejn ukoll kien hemm min bassar id-dizastri, izda li fil-fatt tela' minn 34.8% fl-1999 ghal 35.3% fis-sena 2000.

Irrid izda naghmilha cara li m'ghandna qatt inserrhu mohhna fuq li ghandna. Bizzejjed insemmi s-suq Germaniz li, ghal ragunijiet maghrufa li ma kellniex kontroll fuqhom, juri li se jkollna xi tnaqqis. Ghalhekk kellna nzidu l-hidma taghna biex naghmlu tajjeb minn swieq ohra ghal dan it-telf.

L-isforzi, hawnhekk irrid inghid, kbar, min-naha ta' l-Awtorit'? tat-Turizmu ta' Malta qeghdin jigu ndirizzati wkoll lejn hidma ghal firxa dejjem ahjar tat-turisti li jzuruna matul is-sena kollha. B'hekk kemm jista' jkun insahhu l-ghadd ta' turisti f'perjodi li tradizzjonalment ikollna inqas.

Il-hidma ghalhekk trid tkun kontinwa biex insahhu l-industrija ewlenija ta' pajjizna. Biex din l-industrija tibqa' tkattar il-gid, importanti li kull min ghandu x'jaqsam maghha jimpenja ruhu li s-servizz li jinghata jkun serju u ta' kwalit'?. Hija din il-kwalit'? li fl-ahhar mill-ahhar taghtik dik ix-xi haga zejda li tghinek teghleb lill-kompetituri tieghek.

L-I.T.S. hija istituzzjoni li twaqqfet propju biex tipprovdi servizz: servizz lill-industrija tat-turizmu u tipprovdiha b'personnel imharreg, b'nies ta' kwalit'?. Ghada pitghada se jkunu l-istudenti ta' l-I.T.S. li jaghtu dan is-servizz ta' kwalit'?. Hu ghalhekk xieraq, kif semma tajjeb hafna d-Direttur, li l-I.T.S. stess tintrabat hi wkoll li taghti lill-istudenti u lill-klijenti taghha servizz tassew ta' kwalit'?.

Nifrah lill-istaff ta' l-I.T.S. u tad-Dipartiment ghal din l-inizjattiva, nawguralhom kull success fit-twettiq tal-weghdiet li ntrabtu jaghmlu fil-Quality Service Charter, u niehu l-opportunit'? nawgura wkoll lill-istudenti li fil-karriera taghhom fis-settur tat-turizmu, ikunu xhieda u xempju tal-fama ta' ospitalit'? li tant ahna maghrufin ghaliha, u li tant ifittxu t-turisti li jigu f'pajjizna.

Mill-gdid nifirhilkom u nawguralkom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow