Left arrow Mur Lura

PREZENTAZZJONI TAL-KTIEB "IS-SAGA TA' L-ISKEJJEL TAL-KNISJA F'MALTA"

pr0266
Date Icon 27/02/2001

Il-Malta Union of Teachers (MUT) ipprezentat kopja tal-ktieb ta' Fr. Domnic V. Scerri ippublikat mill-Union stess. Il-Ktieb "The Saga of the Church Schools in Malta" jittratta il-perjodu bejn l-1970 u l-1986 meta il-Knisja u l-Federazzjoni tal-Parent Teachers Association kienu qieghdin f'konflitt mal-Gvern ta' dak iz-zmien dwar l-ghazla tal-genituri fl-edukazzjoni ta' uliedhom.

Il-ktieb ta' Fr. Domnic hu mibni fuq taghrif u esperjenzi ta' dawk li ghixu l-battalja ghall-ezistenza u l-awtonomija ta' l-iskejjel tal-Knisja. Fr. Domnic kien involut hafna fil-grajjiet li sehhu. Il ktieb jghid l-istorja ta' kif l-iskejjel tal-Knisja irnexxielhom jghelbu din it-theddida u t-trawma li gabet maghha ghal eluf ta' tfal u genituri, ghall-Knisja u ghall-poplu in generali. Il-ktieb jaghti wkoll rikonoxximent ghas-sehem ta' dawk kollha li hadu sehem fil-glieda biex l-iskejjel tal-Knisja jzommu l-awtonomija, l-identita' u l-karattru taghhom.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea apprezza l-inizjattiva ta' Fr. Domnic Scerri u l-MUT li jiddokumentaw dawn il-grajjiet ta' l-istorja recenti ta' pajjizna. Il-Ministru fakkar kif fid-dawl tac-cirkostanzi ta' dawk iz-zmienijiet, Gvern u Knisja waslu ghal ftehim gust dwar il-propjeta' tal-Knisja bhala bazi ghall-finanzjament mill-Gvern ghal-iskejjel taghha, f'rispett ghall-awtonomija u l-karizma taghhom. Dan il-ftehim huwa grajja ta' importanza ewlenija fir-relazzjoni bejn Knisja u stat li sewa biex titnehha minn nofs kwistjoni li dejjem setghet tkun xrara ta' tilwim bejniethom, qal Dr. Louis Galea. Id-djalogu u l-ftehim li hadem il-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, fil-kwistjoni komplessa bhal dik tal-propjeta' tal-Knisja, huma xghieda ta' kif dan il-Gvern ghandu l-hila b'ghaqal u sliem jassigura l-gid komuni u l-interess nazzjonali. Il-ftehim wera wkoll kif il-Knisja Kattolika Maltija u l-Mexxejja taghha bil-fatti ghandhom ghal qalbhom il-gid tat-tfal, tal-familja Maltija u l-izvilupp socjo-ekonomiku tal-Pajjiz.

L-iskejjel tal-Knisja illum, qed jghixu zminijiet differenti hafna min dawk fiz-zmien li jsemmi dan il-ktieb. Illum, l-iskejjel tal-Knisja jgawdu l-awtonomija filwaqt li l-ispejjez taghhom huma koperti mill-Gvern. Dan hu beneficcju kbir li gawdew eluf ta' genituri u tfal, li ma baqghux obbligati li jhallsu ghall-edukazzjoni ta' uliedhom.

Fl-ahhar ghaxar snin il-Gvern nefaq madwar Lm 57 miljun fl-iskejjel tal-Knisja kif indikat hawn isfel:

1990 - 1,704,668

1991 - 1,719,000

1992 - 3,273,961

1993 - 4,604,000

1994 - 4,696,736

1995 - 5,200,000

1996 - 6,322,405

1997 - 7,909,000

1998 - 6,853,747

1999 - 7,499,000

2000 - 8,080,000

Is-Sena li ghaddiet il-Gvern nefaq aktar minn Lm 8 miljun u ghas-sena d-diehla hemm ivvutati aktar minn Lm 9 miljun. Il-Gvern prezenti minn dejjem wera l-impenn tieghu lejn l-iskejjel tal-Knisja.

Il-Ministru Louis Galea temm jghid li l-izviluppi tal-Kurrikulu Nazzjonali u l-investiment li qed jaghmel il-Gvern ghandhom iqanqlu fiducja u impenn biex il-bidliet li qed isiru bhalissa jissarfu f' edukazzjoni ta' kwalita' ghola u aktar miftuha

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow